
Il-garaxx
Kien appartament imdaqqas. Kmamar kbar u spazju fejn nistrieħu wara ġurnata xogħol. “Il-familja li kienu joqogħdu hawn kienu nies sew ħafna”, bdiet tgħidilna s-sinjura. “Bħalkom, ma ridux jixtru. Dejjem kienu komdu jħallsu l-kera.” “Mhux għażla tagħna!” irreaġixxejt konxja tal-prezzijiet eseġerati tal-bini. “Imsomma kulħadd jagħmel kif iħoss”, wieġbet bħal donnu ħasbet li ser tikkunslani. “U l-garaxx … Read more

Il-mara fl-uffiċċju
Din li kien jidlam meta joħroġ mix-xogħol lil Mario kienet tkiddu wisq. Għal daqshekk biss, ix-xitwa kien jobogħdha. Iħaffef lejn il-karozza u jħares ‘il ġewwa lejn l-uffiċju ta’ kumpanija tal-assigurazzjoni li kien għadu miftuħ. Ittawwal ‘il ġewwa u l-mara li kienet għadha xogħol tbissmitlu. Laqtuh mal-ewwel dawk l-għajnejn żoroq u anki l-mod kif tbissimitlu b’ċerta … Read more

Sakranazz
“Konna ilna biex nagħmluha , din” Amanda qalet lil Rose bit-tbissima. “Iva,” kompliet Rose, “Ilna minn żmien l-Universita’ ma niltaqgħu.” “Ommi kemm jgħaddi ż-żmien. 15-il sena diġa għaddew.” “Imma msomma għaddejniha, “ kompliet Amanda. “Kemm inħossni nqtajt minn dawn l-affarijiet jien. Kemm kont niġi Paceville jaħasra.” “M’għadniex li konna Amanda!” In-nisa daħqu bil-qalb. Kienu tassew … Read more

L-għira
Min jixtieq id-deni lil ġaru jiġi f’daru “Isma Sur Galiżja, x’taħseb kieku nuża dik il-kantuniera fejn l-iskrivanija ta’ Robert. Hemm għandu xkaffa kważi vojta.” “Fil-każ inkellmu waħda u mmexxu” “Intant mur ara! Ma tantx iqatta’ blat. Illum għadu lanqas ġie.” “Naf imma dak kellimni u qed jibqa’ jaħdem sas-sitta. U bħalissa qed jaħdem fuq ir-rapport għall-awditur.” “Min jaf x’jagħmel … Read more

Il-Grupp fuq l-Internet
Mark intefa’ waħdu fil-garaxx. Hemm kellu l-kompjuter. Ħuh kien qallu li antik imma kien jogħġbu. Dan il-grupp dan l-aħħar sar jogħġbu aktar mis-soltu. Grupp li jiddiskuti l-ħwejjeġ imma kien miżgħud bl-ommijiet. Saru l-ħdax u nofs ta’ filgħaxija, imma kien eċitat biex ifittex jidħol. Kif kien qed jagħmel dan l-aħħar daħal bi psewdonomu li jindika li huwa … Read more

Ix-xelter – Omar Seguna
Il-pulizija ma damux ma waslu fuq il-post. Is-siġar kienu jgħattu sew ix-xelter. Daħlu permezz ta’ torċ, qalb riħa taqsam ta’ ħmieġ uman. Waslu sat-tmiem. Xejn. Ħajt. Ħarġu minnufih. Iddeċidew jitilgħu fuq is-sur.

Id-Direttur
L-għajjat ta’ wara l-elezzjoni kien għadu jidwi f’moħħu. Ir-riforma fid-Dipartiment affetwatu sew però kien jemmen bis-sħiħ li seta’ jwassal lill-post tant għal qalbu ‘l quddiem. Dakinhar bħas-soltu daħal fl-uffiċju u poġġa wara l-iskrivanija. Wara ftit bdew ġejjin il-kollegi. “Bonġu Sur Direttur!” laqgħu Gerard b’dik id-daħka tas-soltu. Ma kienx ħelu, imma biha kien jattira lil erba’ … Read more

Il-mara li ma żżejjinx tal-Milied
“Din Margaret qisha l-istramba. La żżejjen tal-Milied, xejn!” “Hi dħulija ħafna. Forsi ma tħobbux il-Milied.” “Ma nafx jien. Pero’ nistaqsiha ta’. Anzi ħa mmur ngħidilha issa.” Ċensa imxiet b’pass mgħaġġel lejn Margaret, waqt li Maria imxiet warajha. “Bonġu Margaret, x’minnek?” bdiet it-taħdita Ċensa. “Bonġu. Qed naħsel ftit il-bieb ta’ barra għax jimtela’ bit-trab.” “Iva vera. Jiena mort nagħmel ix-xirja tal-Milied u … Read more

L-ironija
“X’sogħla kerha għandek Marija?” “Iva ili jumejn u ma tistax tgħaddili.” “Ħu ħsieb. Giovanna jaħasra b’hekk mietet.” “Iva jaħasra! Serja mela.” “Ehe u ħadniha biċ-ċajt aħna.” “X’jiġifieri?” “M’emminnihiex hux. Lanqas temmen hekk f’salt.” “Eh issa fhimtek. U żgur. Ma fhimtekx għax il-mewt ma tantx hi taċ-ċajt.” “Mhux noħduha biċ-ċajt Marija?” “M’aħna xejn hux.” “Le sewwa qed tgħid. Kważi lanqas jagħtu każ … Read more

L-intiena
Is-Sur Galazia kien ilu jipprepara għal din i-laqgħa mal-Ministru. Minn banda ħassu tassew kburi li l-Ministru ser jisimgħu jitkellem dwar l-ilmenti li kellu. Min-naħa l-oħra ma kienx ċert jekk din tal-lum kinitx xi tbeżbiża. Li jaf żgur kien li ħass eċitament qawwi. Dakinhar fl-uffiċċju sebaħ fis-sebgħa ta’ filgħodu. Kontra dak li kien jiġri s-soltu daħal … Read more