Jum il-Mara

“Qumu sar il-ħin, “ bħas-soltu Manwela qajmet lill-uliedha għall-iskola. “Għandkom l-uniformi lesta.” “Il-lunch fejnu ma’?” “Lestejtu, kemm iddaħluh fil-basket”. Luke u Sarah ġabru l-basktijiet u ħarġu flimkien ma’ ommhom barra jistennew il-vann tal-iskola. “Ilbsu ġakketta sew għax il-bard illum.” Il-vann dam ftit mhux ħażin. Manwela ma waqfitx tħares lejn l-arloġġ għax il-ħin beda jasal ġmielu biex tibda xogħol. Kif ġie l-vann, telqet ġirja waħda. Illum kien imissha titlaq ftit kmieni mix-xogħol billi rranġat mal-kumpanija li taħdem 4 siegħat mid-dar. Iżda fin-nofs siegħa kellhom laqgħa importanti. Dawn il-laqgħat bejn 5 irġiel bdew jgħejjewha. Fis-siegħa, għamlet sinjal bil-mistħija lill-maniġer li kellha terħilha lejn id-dar. Xejn ma ħa gost. “Mur hux!” qalilha bl-herra, “Issa ma nafx kif ser taġġorna ruħek.” “Ħalli f’idi, “ qaltlu u bewġet lejn id-dar. Waslet id-dar u bdiet it-tisjir. Ma damux wisq ma waslu Luke u Sarah. “Kif mortu l-iskola?”. “X’sajjart ma’ xi jfuħ?” Imbagħad wasal John ukoll. “‘Tuni l-uniformijiet u l-ħwejjeġ ħa nagħmel ħasla ddur għax issa rrid inkompli ftit ix-xogħol tiegħi.” Filgħaxija tixgħel ftit il-kompjuter u kompliet ix-xogħol. “Intellfek jekk nixgħel ftit it-televixin?” staqsieha John. “Mhux problema.” Waslu l-aħbarijiet. “Illum huwa Jum il-Mara,” kienet tgħid l-ewwel aħbar. “Jien ma nafx għalfejn ma niċċelebrawx jum ir-raġel ukoll,” irrimarka John. Ma weġbitu xejn. “Trid kafe’?” staqsietu.

Ġmiel il-Pinna Maltija