Nhas-Sibt 4 ta’ Ġunju 2016 fis-7pm f’serata organizzata mill-Ministeru għal Għawdex u l-Uffiċju tal-Kultura flimkien mal-Għaqda Poeti Maltin ġie mniedi l-ktieb ta’ Charles Bezzina “Mal-Ħmura tax-xefaq”. Il-qoxra ta-ktieb turi stampa sabiħa tax-xemx fuq ix-xefaq u l-baħar, żewġ metafori li Bezzina juża bosta drabi. Il-baħar huwa l-metafora ċentrali fil-ġabra l-ġdida ta’ poeżiji ta’ Bezzina, “Mar-Ritmi tal-Baħar”. Ir-ritmi tal-baħar huma dawk li jfissru l-ħsus ġewwiena tiegħu f’sitwazzjonijiet differenti tal-ħajja. Ir-ritmu ta’ esperjenzi u dak li ġarrab il-poeta jinħass f’dan il-ktieb daqs ir-ritmi tal-poeżija, il-mużikalita’ li tpaxxik bil-ħsejjes tagħha.
Il-ħajja titbandal bħal pendlu minn sitwazzjoni għall-oħra. Fil-poeżija “Dan is-silġ u din il-borra” (p.37) dan ifissru b’bosta kuntrasti fosthom “dan id-dawl, u din id-dalma”, s-silġ u l-borra u fl-istess ħin is-skiet u s-solitudini.
Hekk kif inhu l-istil tiegħu, f’din l-ġabra wkoll Bezzija jagħżel li jħaddem metrika u prosodija tipikament tradizzjonali partikolarment il-vers ottonarju. Madankollu nipprova rrażżan lili nnifsi li niddeskrivi lil Charles Bezzina bħala poeta tradizzjonali u nidentifikah biss mal-istanza, r-ritmu u r-rima. Huwa minnu li l-għażla ta’ Bezzina taqa’ l-iktar fuq il-prosodija u l-metrika tradizzjonali, mela regolari, bid-dixxiplina kollha li ġġib magħha. Imma hawnhekk għandna wkoll poeżija impenjattiva, intellettwali u ġabra riflessiva daqs kemm hija innovattiva. Ħarsa ħafifa, wara r-ritmi differenti tal-ħajja, wieħed jintebah ukoll bil-mod kif il-burdati huma impoġġiha f’din il-ġabra. Lejn l-aħħar bħql donnu jħares lura lejn l-istess
Quddiemna għandna ġabra ta’ poeżiji li minn waħda għal oħra donnu hemm rabta kif spjegajt li jfissru burdati differenti. Hemm mixja li ġġgħalna nħarsu kemm ġewwa fina kif ukoll madwarna. M’hemmx dubju li influwenzat minn dak kollu li sawru fosthom art twelidu Għawdex, b’numru ta’ poeżiji fosthom “Meta waqgħet it-tieqa tad-dwejra” (p.88), “Ċitadella” (p.124). Il-poeta jħares madwaru u japprofondixxi dak li jkun ra. It-tjubija tiegħu, ix-xenqa għas-sempliċita’ jesprimiha fl-aspetti soċjali ta’ madwaru. Hemm l-aspett uman u l-aspett nisrani. Għaldaqstant ma nħossx li nkun qed nagħmel ġustizzja mal-awtur li naqbad biss ma’ temi sporadiċi għaliex kull waħda minn dawn hija bħal ħolqa li torbot mal-oħra.
Il-poeżija “Il-ħsieb hu fosdqa” (p.98) pero’ tislet tliet temi komuni f’dan il-ktieb (il-ħsieb, il-qalb u r-ruħ).
“Il-ħsieb hu fosdqa żgħira
ta’ dudu tal-ħarir ,
li malli joħroġ barra,
iħalli l-art u jtir”
Il-poeta huwa ħassieb, osservatur li jgħarrex fil-profond. L-għajnejn tiegħu jaraw anke l-qalb (p.35), jifhem il-ferħ daqs kemm jifhem id-diqa. U għax jista’ jifhem il-mumenti iebsa, (“il-baħħ ta’ ħbub għajnejk”) iħobb b’mod ġenwin.
L-imħabba għal Bezzina hija fjamma li ma tmutx.
“Merżuq vjola jqanqal moħħok
B’nostalġija u tifkiriet,
Jgħumu fil-menti tal-imgħoddi
F’daqqa jrednu l-ħsibijiet” (p.38)
Imma waqt li jixtieq imur lura fiż-żmien, mhuwiex biss nostalġiku imma jixtieq li Jqanqal l-entużjażmu tal-imgħoddi biex jibqa’ miexi fil-ġejjieni. Huwa jgħidilna “Qabbadha dik il-fjamma tal-imgħoddi ħa nafa f’dawk l-inħawi mudlama” (p.127).
Il-poeta jħobb u jħobb immensament. Pero’ ma jistax jagħmel dan jekk ma jħobbx lilu nnifsu, jekk ma jsibx ħin għalih innifsu. Il-qalb tal-poeta wkoll trid il-mistrieħ.
“Illum ħallejt ‘il qalbi
xi mkien fuq tarf l-għoljiet
biex tilma kif il-qamar
b’dijietu jarmi s-skiet” (p.105).
Ir-ruħ tal-poeta tfittex is-sempliċita’ u l-ġenwinita’ . Fil-poeżija “Allat” (p.125) jgħidilna li “Mimlja d-dinja kollha b’alat qawwija, kbar” pero meta “tiġi s-siegħa tagħhom”.
It-tliet aspetti msawra fq ir-ruħ, il-qalb u l-moħħ narawha wkoll fil-poeżija “Il-Bieraħ ġewwa ruħi” (p.132).
Minkejja din ir-rabta li ppruvajt nibni, rrid ngħid li kull poeżija teħtieġ ħsieb dwarha. Nieħu gost nirrakommanda l-poeżija ta’ Charles Bezzina anke għal dawk li mhux tant midħla tal-poeżija. Bla dubju ta’ xejn hawn għandna eżempju tajjeb ta’ poeżija u wieħed mill-ftit li jikteb bil-vers tradizzjonali. Nissuġġerixxi li wieħed anke jaqra l-istudju tal-Professur Charles Briffa fil-bidu ta’ dan il-ktieb.
Dan il-ktieb ġie ppubblikat bl-għajnuna ġeneruża tal-Bank of Valletta.
Maria Grech Ganado hija waħda mill-aktar poeti lokali li tista’ titqies bħala eżempju tajjeb tal-poeżija bil-lingwa Ingliża. Ma rridx niftiehem ħażin: L-elementi lokali u l-karattru Malti xorta huma infilsati fi Grech Ganado u fil-poeżija tagħha f’dan il-ktieb. Iżda l-awtriċi mhux biss għandha ħakma tajba tal-lingwa Ingliża imma anke tal-istil kontemporanju Ingliż. Grech Ganado mhijiex biss mgħarrfa tajjeb minn stili letterarji iżda wkoll minn sorsi filosofiċi, kurrenti ta’ ħsieb differenti u għejjun letterarju ieħor.
Il-kapitli ta’ dan il-ktieb huma bħal perspettivi differenti b’kull poeżija bħal lenti li tħares fid-dettal lejn xi tema tal-ħajja. Nieqes minn werrej għall-poeżiji u anke studju tal-istess poeżiji li lokalment imdorrijin biha (u personalment naqbel mal-awtriċi imma dwar dan is-suġġett xi darba forsi nieħu diversi fehmiet oħra). In-nuqqas ta’ werrej huwa wkoll kurjuż, forsi biex jistedinna nimxu ma’ Grech Ganado f’dawn il-kuriduri intelletwali u naraw dawn ir-“ritratti” u artefatti differenti tal-ħajja. Xi wħud jitrattaw temi aktar astratti imma l-awtriċi b’ħila kbira esprimiet fi kliem. L-ewwel ritratti fil-fatt huma interpersonali u jistednuna nħarsu lejna nfusna.
Fil-fehma tiegħu, ħarsa lejn dan il-ktieb tibda minn vjaġġ interpersonali, għal ambjent soċjali u anke dak qrib ħafna tagħna. Imbagħad tkompli bil-“mixjiet tagħna” f’numru ta’ postijiet inkluż f’Malta. Iżda s-sekwenza għalkemm b’mod simplistiku ngħid li hija lineari, Grech Ganado kull darba qiegħda tirrifletti u tanalizza u għaldaqstant qisna qed nerġgħu mmorru lura. U dan il-fatt jiddistingwi l-poeżija ta’ Grech Gando minn sempliċiment poeżija soċjali, jew poeżija dwar l-ambjent, jew awtobijografika. Anke poeżija soċjali hija awtobijografika għaliex fiha toħroġ l-identita’ personali. Iżda sabiex nimxi ma’ din is-sekwenza forsi ngħid li l-vjaġġ jibda minn ħsieb xprunat mill-filosofija ta’ Heidegger, Ii jipprovdi genealogija tal-modi ta’ possibbiltajiet diversi tal-esseri. L-identita’ tagħna sikwit taħbat ma’ ċirkostanzi fil-ħajja. Il-“jum” (p.14 huwa iebes daqs kemm hi iebsa l-ħajja li magħha nikkumbattu. Dak li hu mehud bħala parti mir-rutina, bħala parti mill-ħajja, fil-poeżija ta’ Grech Ganado huwa deskritt permezz tal-isforz li wieħed jaġixxi u jkompli mal-ħajja ta’ kuljum b’mod terrieħi anke jekk diffiċli. Dan hu mfisser tant tajjeb tant li fil-poeżija tinħass l-għejja, sa kmieni filgħodu fejn suppost tkun straħt u qed tħares ‘il quddiem fil-ħajja. L-awtriċi ħasset li kellha tfisser aħjar il-filosofija tagħha u l-kunċett ta’ dan il-ktieb permezz tal-poe-proża (storja li tinqeda bil-metafora, “Inside William (1991)” (p.16). Ir-raġuni (Bill) u l-immaġinazzjoni (Will) jħarsu lejn tliet twieqi tad-dar William. Huma tliet dimensjonijiet tal-ħajja Waqt li r-raġuni tħares lejn lejn dak li hu aktar tajjeb u aktar ħażin, l-immaġinazzjoni ma tiġġudikax . It-tielet tieqa mill-banda l-oħra, l-(X-traordinary), li lanqas Will ma seta’ jiddeskrivi u kien jarha bħala msaħħra.
Ir-riflessjoni li tagħmel il-poetessa (p.40) tmur lil hinn minn sempliċiment tagħrifa dwar teżori f’mużew. Fil-fatt tosserva fid-dettal il-pittura (eżempju p.45) daqs kemm tosserva l-istess esperjenzi tal-ħajja li tiddeċiedi li tikkwadra. Mil-pittura toħroġ ukoll riflessjonijiet tagħha u r-riflessjonijiet awtobijografiċi tagħha ssaħħaħhom permezz tal-letteratura u l-kultura. Saħansitra l-Ietteratura Biblika hija ispirazzjoni.
Ir-relazzjonijiet ta’ bejnietna tfissirhom b’diversi eżempju metaforiċi naturalment, li kollha juru l-impatt li fl-aħħar mill-aħħar nistgħu nħallu fuq xulxin (p.45). Hekk, koppja jħallu impatt fuq xulxin li mbagħad jgħadduh lit-tfal. Fl-aħħar mill-aħħar dawn il-valuri li nkunu għaddejna, anke meta jgħaddi ż-żmien u forsi ma nibqgħux li aħna (ngħidu aħna saħħitna tmur lura), dawn il-valuri jibqgħu hemm. Dan hu l-frott li nkunu żrajna.
Fost il-kwadri nsibu wkoll dawk lokali, eżemju tad-dwejra. Nitpaxxew bil-pajsaġġ Malti. L-aspett soċjali, kif għid qabel, ma jonqosx. Titnikket dwar is-sitwazzjoni tal-immigranti (p.123). Daqs kemm titnikket b’kull telfa umana bħal ngħidu aħna dik naturali (p.120). Tirrabja wkoll għal qerda ambjentali. Iżda li jiddistingwi dawn il-poeżiji huwa li Grech Ganado tħaffer fil-fond. M’hemm xejn superfiċjali. Għandna qrubija bejn il-jien u s-soċjeta’. Issib il-qawwa fiha nfisha. Il-materjaliżmu, l-konsumiżmu jsawru d-dinja u parti integrali mal-għira u l-għatx għall-poter. Quddiem dan kollu l-istess ħolm tat-tfulija jgħib (p.128). Il-ħajja tgħallmek mod ieħor. Forsi nazzarda ngħid li l-istess ġenwinita’ tiġi mtappna.
Dawn huma poeżiji li jirriflettu maturita’ kbira. Grech Ganado tinqeda b’diversi stili letterarji differenti. Insibu l-ħajku fost oħrajn (p.82). F’xi wħud ninnutaw ir-rima u anke ċerta mużikalita’. Xi vrus oħra jħeġġu aktar għar-riflessjoni u oħrajn jgħinu biex il-qarrej jistħajjel ix-xenarju. Waqt li din il-ġabra hija waħda tematika naraw ukoll diversita’ fis-suġġetti magħżula, u kull darba jinħass din ir-rabta bejn il-personali u s-soċjali. Il-preżentazzjoni ta’ ktieb ċertament mhux superfiċjali għal pubblikatur u nosserva d-daqs li jagħmilh faċli li wieħed iġorr dan il-ktieb. Il-livell ta’ poeżiji lokali qiegħed dejjem jogħla pero tajjeb ukoll li ninfatmaw ftit mill-poeżija li soltu naqraw u nimirhu anke fi stili ġodda, anke jekk huma wkoll imsawrin mill-aspetti lokali. Waqt li għandi riservi għal studju letterarju infilsat fil-ktieb, u għalhekk naqbel mal-għażla tal-awtriċi jew tal-pubblikatur f’dan il-ktieb li dan iħalluh barra, dawn huma poeżiji li ċertament jistħoqqilhom u jeħtieġu studju li nixtieq li nara aktar ‘il quddiem.
F’isem it-Torċa ltqajt ma’ Charles Casha (1943 – ) biex niddiskutu l-50 sena ta’ kontribut li tana bi stejjer għal kull eta’. F’dawn il-50 sena ħoloq diversi karattri magħrufa fosthom Fra Mudest. Charles Casha ħadem fil-qasam tal-edukazzjoni. Fl-2012 Casha ġie onorat bil-Midalja Għall-Qadi tar-Reppubblika.Fl-2013 huwa ngħata wkoll Ġieh Ħaż-Żabbar mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar. Fl-2014 huwa ngħata apprezzament mill-Għaqda Storika Kulturali Marsa għall-ħidma fil-qasam tal-letteratura Maltija.
1. F’dawn il-50 sena inti tajtna bosta kotba: nibdew minn Fra Mudest li miss qalb kull tifel u adult, kotba għall-adolexxenti, għax irrid ngħid li inti kont wieħed minn tal-ewwel li tajtna kotba għal din l-età wkoll, u anke għall-adulti. Nixtieq li l-qarrejja jifhmu li diffiċli nitkellmu dwar il-kotba kollha tiegħek u f’isem il-Paġna Letterarja tat-Torċa rrid nibda billi ngħidlek qabel xejn GRAZZI.
Xtaqt nistaqsik fil-fatt kemm ippublikajt kotba u xtaqt ukoll nibda bil-ktieb “Jien ukoll għandi storja xi ngħid”, l-awtobijografija tiegħek. X’wasslek għal dan il-ktieb li wara kollox jirrakkonta dak li sawwar lilek illum?
T. Qabel xejn nixtieq nirringrazzjak ta’ din l-opportunità u nsellem lill-qarrejja ta’ It-Torċa. Tajjeb li ngħid li l-ewwel pubblikazzjoni tiegħi fl-1968 L-Għalqa fuq il-Għolja kienet tagħmel parti mis-sensiela Librerija Popolari – It-Torċa (nru 16).
Dwar in-numru ta` pubblikazzjonijiet, jekk tgħodd edizzjonijiet ġodda, addattamenti u traduzzjonijiet tal-kotba tiegħi, in-numru jlaħħaq 83.
Domt ħafna intella` u nniżżel jekk kellix nikteb l-awtobijografija tiegħi, imma wara ħafna inkoraġġiment mill-ħabib tiegħi Sergio Grech (li wara għamilli daħla għaliha) bdejt niktibha. Ktibtha biex inħalli rigal-tifkira lil dawk li jiġu warajja u nerġa’ ngħix il-passat fi vjaġġ li qanqal ħafna tifkiriet sbieħ u koroh. Wara kollox il-kotba tiegħi (rumanzi, stejjer qosra u poeżiji) huma vjaġġ kontinwu li jibda minn nixxiegħa f’qasma fil-blat sa ma jintemm f’baħar fond.
2. “Papers in a tin box”, wieħed mill-aħħar kotba li inti ħriġt. Irrid ngħid ukoll li laqtitni ħafna l-qoxra bil-kaxxa tal-landa fuqha. Dan huwa verżjoni bl-Ingliż ta’ “L-Appartament fir-Raba’ Sular” li ħareġ fl-2004.
Dwar dan il-ktieb ovvjament ser nistaqsik, imma xi jfisser għalik li dan il-ktieb tiegħek sar bl-Ingliż? Taqbel miegħi li ta’ min ifaħħar ukoll hawn il-biċċa xogħol kbira li għamlet Joan Mallia li ttraduċiet il-ktieb.
T. Din kienet ħolma li fl-aħħar saret realtà. Iva, Joan Mallia u l-editur tal-ktieb, Martin Bugelli għamluli biċċa xogħol eċċellenti. Ta’ min jgħid li verżjoni tal-istess ktieb dalwaqt tkun ippubblikata fl-Albanija, bl-Albaniż, bl-isem “Apartamenti në katin e katërt.” Dik il-kaxxa tal-landa li hemm fuq il-qoxra tal-ktieb darba kienet t’ommi u fiha kienet iżżomm il-ftit ritratti li kellna d-dar. Il-kaxxa għadha għandi u memorja tagħha. Huwa importanti li l-letteratura tagħna tinqaleb f’lingwi oħrajn u tkun esportata barra minn Malta. Il-fatt li dan ir-rumanz jista’ jinqara bl-Ingliż u bl-Albaniż, huwa ta’ sodisfazzjon kbir għalija għax il-kitba tiegħi m’għadhiex magħluqa f’din il-gżira ċkejkna tagħna.
3. “L-Appartament fir-Raba’ Sular”, ktieb li niżel tajjeb ħafna bħala ktieb għall-adulti u anke rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-ktieb. Wieħed mill-istili tiegħek li ninnota f’dan il-ktieb huwa li tibni ċerta climax, eżempju li wieħed jista’ jaħseb, li Samwel huwa l-protagonista prinċipali tal-ktieb pero mbagħad jiżvolġu karattri oħrajn. Forsi nżid ukoll l-element tas-suspans. Għandna l-kaxxa tal-landa, it-tifel li jgħix waħdu, mara misterjuża li ċ-ċirkostanżi jlaqqgħuhom flimkien eċċ. X’tgħidilna dwar dan l-istil? U ma nafx taqbilx miegħi kieku kelli ninterpretah bħala rumanz psikoloġiku fejn naraw kif in-nies iġibu ruħhom ma’ xulxin.
T. Jiena nagħti importanza kbira lill-karattri u ħafna drabi kollox jibda minn karattru wieħed u minnu tibda tiżvolġi l-plott u aktar tard jidħlu karattri oħrajn. Is-suspans inħobb nużah għalkemm mhux dejjem issibu fil-kotba tiegħi. Inħobb li fl-aħħar tal-istorja ngħaqqad kollox flimkien. Fil-kitba tiegħi nħobb immur mill-preżent għall-passat u lura. Dan huwa rumanz psikoloġiku li jittratta żewġ temi importanti: id-deċiżjonijiet li nieħdu fil-ħajja, li ħafna drabi jħallu konsegwenzi negattivi jew pożittivi fuq ta’ madwarna. Tema oħra hija l-għatx għall-imħabba taħt diversi forom.
4. Karatteristika oħra li ninnota f’dan ir-rumanz huwa li toħloq paralelliżmu bejn żewġ stejjer u fl-aħħar mill-aħħar ser iwasslu għall-istess ħaġa li nista’ noħroġ ir-riflessjonijiet tiegħi ukoll li inti bħala awtur tixtieq tara dinja aħjar. Jien jolqotni ħafna kif għandna lil Samwel fis-solitudini tiegħu u għandna mill-banda l-oħra wkoll lill-Kristina fid-dar tagħha. Forsi nakkuntentaw aktar bl-affarijiet sempliċi tal-ħajja?
T. Is-solitudni hija kerha imma xi kultant isservina ta’ fosdqa biex inħossuna aktar fi żgur u `l bogħod minn kull periklu. Nibnu ħajt għoli madwarna biex ħadd ma jippenetra l-privatezza tagħna. Però jibqa’ l-fatt li kultant is-sempliċità fil-ħajja tista’ tagħtina l-paċi u s-serenità. Jiddependi xi jkunu l-aspirazzjonijiet tagħna fil-ħajja.
5. Taħseb irridu naħdmu attivament, Charles biex inżommu ħajja l-imħabba? Fil-ktieb naraw dik ta’ Gwido li ma kienx iħobb lil martu. Però anke mhux f’relazzjonijiet, forsi mhux dejjem napprezzaw lil xulxin bħala bnedmin.
T. L-imħabba tieħu diversi forom. Sfortunatament hawn min iħallat l-imħabba mas-sess. Is-sess hu parti mill-imħabba imma mhux l-imħabba nnifisha. Kull individwu, kemm jekk ikun f’relazzjoni jew le, irid jaħdem kontinwament biex jibni l-imħabba u jkompli jsaħħaha, kultant b’sagrifiċċji kbar. Gwido kien iħobb lilu innifsu aktar minn kollox.
6. Għandna lil Samwel jiftakar f’ommu. It-tifkira x’relevanza għandha?
T. Samwel qatt ma seta’ jifhem għala ommu kienet tittrattah b’dak il-mod. Għalih, ommu kienet qiegħda ftit ftit tkissirlu ħajtu, ċaħditu mil-libertà li kellu kull dritt għaliha u tellfitu li jibni relazzjoni ma’ mara li kien ħabb fi tfulitu. Mistoqsija iebsa u tidher bla tweġiba. Imma, il-karti fil-kaxxa tal-landa tawh it-tweġiba? Fl-aħħar tar-rumanz ix-xewqat tiegħu donnhom se jsiru realtà. Imma nistaqsi lill-qarrej: Taħseb li dak li ġara fl-appartament fir-raba’ sular kien realtà jew kienet biss fantasija?
7. Fil-kitba tiegħek insibu temi li l-qarrej jiskomodawh. Temi li huma riflessjoni tal-ħajja ta’ kuljum: l-għira, ir-regħba, is-solutudini, ir-rabja. Qed jiġini f’moħħi l-ktieb ta novelli “Rakkonti Griżi”. Naturalment ma jonqsux temi oħrajn bħall-imħabba li anke jistgħu jkunu marbuta wkoll magħhom. X’tikkummenta dwar dawn it-temi li joħorġu partikolarment min-novelli tiegħek li nsibu f’dan il-ktieb?
T. Dawn huma temi li niltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum. Jekk ma niktbux dwarhom ma nkunux realistiċi. Dawn it-temi u oħrajn daħħalthom mhux biss f’”rakkontigriżi”, imma wkoll f’”Burraxki” u “Stejjer Veri li Qatt ma Ġraw.” Jien inħobb nikteb fuq l-esperjenzi kemm tiegħi u kemm ta’ ħaddieħor. Il-karattri li noħloq irridhom ikunu fattwali u mhux immaġinattivi.
8. L-għajdut tan-nies idejqek? Qed ngħid dan anke b’referenza għal ktieb tiegħek ta’ novelli li kien iġib l-isem “Mit-Toroq tar-Raħal”. Dawn in-novelli għalkemm huma fittizji huma xprunati minn ġrajjiet li wieħed jisma’ fl-irħula tagħna. Forsi rrid ngħid ukoll li f’dan il-ktieb “Mit-Toroq tar-Raħal” donnok ridt tiċċelebra wkoll il-ħajja ta’ kuljum, ta’ Malti, il-ħajja ta’ nies komuni li qajla nisimgħu dwarhom fuq l-aħbarijiet jew li ser jimmarkaw l-istorja tagħna. Imma hawn għandna wkoll l-istorja soċjo-kulturali tagħna wara kollox.
T. “Mit-Toroq tar-Raħal” huwa edizzjoni ġdida u riveduta, tal-ktieb “Minn Tarf sa Tarf tat-Triq” li kien l-ewwel wieħed minn tliet kotba bi stejjer ibbażati fl-ambjent ta’ żmien tfuliti u xi karattri li bqajt niftakar. Naturalment hemm doża qawwija ta’ immaġinazzjoni imma fil-qiegħ kien hemm ix-xewqa li nerġa’ nagħti l-ħajja lil dawk il-karattri li fi tfuliti u żgħożiti kienu jtaffu xi ftit mill-monotonija tal-ħajja sterjotipizzata tar-raħal. Iż-żewġ kotba l-oħra, “Minn fuq l-għatba” u “Mill-Gallarija” flimkien ma’ dan li semmejt, jiġbru sebgħin novella li jitfgħu dawl fuq il-ħajja soċjo-kulturali tas-snin ta’ wara l-gwerra.
9. Meta naqra l-kitba tiegħek nistħajlek artist fuq tila u tpitter dak li tosserva. Biżżejjed naraw it-titli ta’ ħafna kotba tiegħek. “Fid-dar tal-kantuniera”, ngħidu aħna flimkien ma’ dawn li diġa semmejna. Bħala awtur m’hemmx dubju li inti osservatur. U d-dettal tinnutah ħafna wkoll. Kemm dawn il-ġrajjiet u esperjenzi ta’ kuljum isawru dawn in-novelli u kitbiet fittizji?
T. Kull artist juża mezzi differenti biex jesprimi il-ħsus li hemm fih. Għalhekk irid josserva xi jkun għaddej madwaru u mbagħad jinterpretah skont il-kreattività tiegħu. Fil-fatt ħafna drabi, in-novelli, ir-rumanzi (u l-poeżiji wkoll) tiegħi m’humiex daqshekk fittizji imma aktar interpretazzjoni tar-realtajiet li kontinwament nosserva madwari b’attenzjoni għad-dettalji li għalija għandhom importanza kbira.
10. Inbidlu ftit is-suġġett. Fost il-ħafna karattri li ser jibqgħu sinonimi tiegħek hemm Fra Mudest. Fil-fatt inti ktibt mal-110 rakkont ta’ Fra Mudest. Inkredbbli. F’idejja għandi l-50 sena ta’ Fra Mudest, li huma kollha stejjer ġodda. Fra Mudest bniedem sempliċi, simpatiku, u f’dawn il-kotba nsibu bosta praspar ukoll. Xtaqt ftit il-kumment tiegħek dwar dan il-karattru ħelu u anke s-suċċess ta’ dawn l-istejjer ukoll.
T. Fra Mudest kien l-ewwel pubblikazzjoni tiegħi għat-tfal. Fil-fatt ħloqtu fl-1967 u sal-lum għadu maħbub u popolari. Huwa meqjus bħala ikona fil-letteratura għat-tfal. Ħa nikkwota silta minn ittra li ftit ilu kitibli il-Prof. Oliver Friggieri li tgħid kollox dwaru:
“inti wellidt karattru li llum sar famuż u emblematiku, u li nistħajlu, bħal Pinocchio, jimpika miegħek. Għandek tassew għalfejn tkun hieni u kburi li rnexxielek tul dawn is-snin kollha twelled u tagħti lill-poplu Malti karattru li hu, daqskemm ma huwiex, tat-tfal. Persuna interġenerazzjonali li kiber/inti kabbartu ma` ġenerazzjonijiet `l hawn miċ-Children`s Own. Fil-persunaġġ tiegħek nara Malti medju oriġinali, li jdaħħak u ma jifraħx dejjem, u li taħt l-inġenwita` tiegħu irnexxielek tinserixxi moħħ matur u qalb intensa. F`dan id-dawl fil-persunaġġ tiegħek hemm xi ħadd li hu u ma hux `modest`. Irnexxielek toħloq suċċessur modern ta` karattru klassiku, bħal Ġaħan, imma li hu wisq aktar kumpless u paraddossali minn Ġaħan.”
Imma għandi ktieb ieħor li bħal Fra Mudest għeleb il-prova taż-żmien. Qed nirreferi għal “Darbtejn insiru tfal” li ħareġ fl-1975 u għadu popolari kemm fl-iskejjel kif ukoll fuq l-ixkafef. Dawn l-istejjer fassalthom fuq żewġ karattri li kont naf sew – in-nanniet tal-mara tiegħi. Ħarġu erba’ edizzjonijiet tal-ktieb, kull darba nżidu l-istejjer li sal-lum huma dsatax-il waħda.
11. Xtaqt nistaqsik fuq żewġ kotba li min jaf kemm studjajt minn fuqhom u anke bħala għalliem bqajt inħeġġeġ lill-istudenti li jagħmlu użu minnhom: ”Kun af” u “Kemm taf.” Bħala għalliem, għaliex ħassejt li kellek tidħol f’dan il-qasam ukoll?
T. Bħala għalliem, dejjem ħassejt il-bżonn li jkollna aktar għodda biex ngħallmu l-ilsien Malti. U kien dan il-ħsieb li wassalni biex ktibt diversi kotba għat-tfal għal dan il-għan.
Fl-2016, il-“Kun Af” reġa’ ħareġ taħt format għalkollox ġdid u edittjat. Ma’ dawn nixtieq insemmi l-ktieb “Il-kliem bħaċ-Ċirasa” (comprehensions) u l-kotba “Naqraw ma’ (“Reno u Sara,” “Marjo u Liza” u “Mark u Tanja”” – ippubblikati taħt format ġdid, disinji ġodda u tibdil fil-kontenut. Is-sena l-oħra bil-kollaborazzjoni tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, ħareġ il-ktieb tal-poeżiji għat-tfal “Kemm nixtieq li kelli l-ġwienaħ”. Għaxra mill-poeżiji ġew immużikati minn Sammy Galea u jinsabu fuq You tube.
12. Imma ma nistax ma nsemmix dawk il-kotba ta’ tfulitna u kemm memorji jġibulna. Qed nirreferi għal “Avventura f’Għar il-kbir”,“Il-Misteru ta’ San Luċjan”,“Il-Misteru tal-Maqluba”. Dawn il-kotba l-istorja fittizja hija ambjentata f’xi post f’Malta li jeżisti tabilħaqq. Dan huwa wieħed mill-modi kif teduka anke lit-tfal?
T. L-avventura hija tema li dejjem kienet u tibqa’ favorita mat-tfal. U naħseb il-kbar ukoll. Għax wara kollox meta nsemmu t-thrillers ma jkollniex f’moħħna wkoll is-sens ta’ avventura? Ħajjitna wara kollox hija mimlija avventuri! It-tliet kotba li semmejt kienu popolari ħafna u għadhom għaddejjin fis-suq tal-kotba. Imma ippermettili nsemmi kotba oħra tal-fantasija fosthom “Ali Kali/Mammaroka” u “Pandolino/Galatea” li huma żewġ kotba f’wieħed. Oriġinarjament dawn kienu erba’ drammi (bil-kant) li jien ktibt għat-tfal tal-iskejjel u wara ddeċidejt li niktibhom f’narrattiva. Imma magħhom ma nistax nħalli barra l-ktieb “Il-Prinċep u t-Trogloditi.” Il-ġrajja ta’ fantasija mifruxa fuq 300 paġna, isseħħ f’dinja li jien stess ħloqt, b’pajjiżi, xmara, foresta u għoljiet. Takkompanja lill-qarrej, fil-ktieb hemm mappa li turi din id-dinja, xogħol ta’ ibni, Mark. Il-fantasija hija mħallta mar-realtà, b’karattri umani għall-aħħar.
13. Charles inti wkoll poeta. Forsi ninsew ftit minħabba l-ammont kbir ta’ rumanzi u novelli li tajtna kemm għat-tfal u kemm għall-adulti. Imma naf ukoll li tikteb poeżija tajba. Issib il-poeżija bħala mod ieħor kif inti tfisser ħsusek?
T. Iva. Il-poeżija hija xi ħaġa differenti. Il-poeżija tiegħi hija konċiża, lirika u fuq kollox aċċessibli. Fiha wkoll il-mużikalità għax jien inħoss li din issebbaħ il-versi, li nistqarr miegħek ħafna drabi jiġu waħedhom, wara li nkun għaddejt minn xi esperjenza, sabiħa jew kerha, imma li tħalli impatt qawwi fuqi.
14. Sfortunatament l-ispazju f’ġurnal huwa limitat Xtaqt insemmi fost oħrajn il-kotba taż-żgħażagħ bħal “L-ewwel darba li ħassejtek” li kien ukoll rebbieħ. Imma nitkellem miegħek lanqas il-gazzetta sħiħa ma sservina. Ma nistax ma nistaqsikx imma tal-aħħar: Xi pjanijiet għandek għall-futur?
T. Bħalissa qiegħed naħdem fuq ktieb ta’ novelli ġodda u proġett ieħor ta’ traduzzjonijiet ta’ xi novelli tiegħi. Din is-sena nittama li nara ktieb ieħor ġdid għall-adolexxenti jieħu l-ħajja u bħal tarbija ġdida jkabbar il-familja ta’ kotba li bnejt f’dawn il-50 sena li għaddew.
Charles f’isem il-Paġna Letterarja tat-Torċa nirringrazjak ta’ dan il-ħin pero rrid ngħidlek ukoll Grazzi ta’ dawn il-kotba kollha li tajtna, li fiċ-ċokon trawwimna bihom, għexna magħhom, dħakna u bħala adulti nkomplu nsibu aktar kotba forsi ngħid jien riflessivi imma qari mexxej li jagħtik gost. Grazzi mill-qalb.

L-ewwel ktieb ta’ Anton Grasso kien “Iljieli bla qamar” li ħareġ fl-1974, ktieb li għandi x-xorti għandi kopja tiegħu bil-kopertina tal-ewwel edizzjoni. Dan il-ktieb tista’ tgħid bexxaq il-purtiera tal-misteru f’pajjiżna Tant huma mfittxija l-kotba ta’ Grasso li erġajna rajna edizzjonijiet ġodda ta’ Iljieli bla qamar u Mejt fost oħrajn. Ta’ min ngħidu li Mejt ħareġ aktar minn 30 sena ilu.
Diffili tagħżel xi stil iħaddan Anton Grasso speċjalment f’karriera letterarja ta’ aktar minn erbgħin sena. Ta’ min wieħed jgħid ukoll li Grasso ma jiktibx biss kotba tal-biża’, u naturalment huwa wkoll kellu l-impjieg tiegħu fil-qasam tax-xandir. F’xi xogħoljiet tiegħu joħorġu wkoll kif iħallat l-istili differenti; ngħidu aħna fin-novella In-Nota ninnutaw saħansitra l-komiku u l-parodiku li jżewwiġhom mal-makabru.
Il-versitalita’ ta’ Grasso ma toħroġx biss mill-istili letterarji iżda anke ġeneri letterarji. Fil-fatt f’dan il-ktieb insibu ġabra ta’ novelli p. 81-331 u ġabra ta’ poeżii p.345-398. Imma Grasso matul il-karriera brillanti tiegħu offrielna dik ix-xi ħaġa iżjed: il-multimodalita’ u mezzi differenti kif iwasslilna l-esperjenza tal-waħx. Fil-fatt fis-sebgħinijiet kien magħruf għas-serje televiżiva Stejjer tal-waħx għalkemm dawk li huma ta’ mpari aktar nifrakruh bis-sensiela televiżiva tad-disgħinijiet Enigma (ritratti p.409). Il-kittieba u preżentatriċi tgħid: “…meta kont ninzerta lil Anton jaqra xi storja ‘tal-waħx’ u b’leħnu kważi melliesi jlissen dak l-orrur, kont nitkexkex u nitwaħħax” (p.63). Grasso huwa ortatur tajjeb u leħnu jibqa’ jidwi f’moħħna. Madankollu anke jekk hawn xi ħadd li qatt ma sema’ lil Anton Grasso, il-kitba tiegħu iħalli dan l-effett u fi kliem il-lekċerer u kartunista Dr Gorg Mallia, “Anton kien jaf joħloq pont mal-qarrej tiegħu, ideffsu fil-qalb tad-dlam u jgħoddsu f’emozzjonijiet bla kontroll.
Interessanti wkoll kemm dan il-qasam tal-istramb, tal-makabru huwa mfittex u tant popolari u wieħed jistaqsi wkoll għaliex wieħed jibża’. Għalhekk naħseb il-mistoqsija fundamentali ta’ min jipprova jbeżża’ hija x’inhuma dawk l-elementi li jsawru stejjer tal-waħx? F’dan il-ħsieb qasir tiegħi ppruvajt nagħżel dawn l-elementi u nislet ftit eżempji anke minn dan il-ktieb li għandna quddiemna. Huwa għalhekk ukoll li waqt li konxju tal-fatt li Anton Grasso ma kitibx biss stejjer tal-biża’, imma minħabba l-fatt li dan huwa l-aktar qasam marbut miegħu l-qafast tal-ħsieb tiegħi hawnhekk sawwartu ma’ dan il-fatt. Ppruvajt kemm stajt ma ntellifx il-gost tal-qari billi nirrakonta l-istorja iżda ma stajtx irrażżan lili nnifsi milli nikkwota b’mod dirett minn dan il-ktieb għax ma nistax ninterpreta fi kliemi bl-istess mod, u l-istess effett li jħalli fuqna daqs kif iwassalha l-awtur innifsu.
L-atmosfera biex wieħed jibża’
Grasso jinqeda bil-ħakma tajba li għandu tal-ilsien Malti u jagħtina diversi deskrizzjonijiet li minnhom infushom diġa jwaħħxuk. U l-qofol tal-istorja jkun għadu ma ntlaħaqx. Jinqeda eżempju bil-lejl.
“Imbagħad jidħol il-lejl. Kien jitkaxkar fuqi bħal liżar bla ma jkenninni. Fid-dlam il-kamra kienet tieħu dehra tal-biża” (p.252).
Esperjenzi mhux tas-soltu jew intriċċi li wieħed ma jistax jispjega. Hemm il-biżgħat normali u l-mistoqsijiet fundamentali tal-ħajja. Il-mewt ngħidu aħna. “Il-mewt m’għandhiex tbiddel is-sistema tal-ħajja” (p.281) naturalment hawn qiegħda f’kuntest tat-tweġiba nisranija għall-mewt, għaliex “il-mewt kerha”. Barra l-biża’ mill-mewt hemm il-biża’ mid-dnub (p.151), mid-dipressjoni (p.157, 246), biża’ mit-tbatija, anke jekk dawn huma sekondar ji. Joħloq atmosfera permezz tal-ksieħ, xita, u dlam (p.84).
Ma jistax jonqos li f’xi novelli nsibu element ta’ makabru (eżempju p.246). Minħabba ċerta deskrizzjonijiet grafiċi nippreferi li ma ninkludihomx f’din il-paġna. Għandna wkoll id-dehra grafika u disturbanti ta’ Kristu wiċċu mimli demm nieżel l-għolja (p.149).
Fin-novelli nsibu antiċipazzjoni għall-biża’. Joħloq stennija, esklamazzjonijiet, espressjonijiet. Xi kultant din l-antiċipazzjoni tkun aktar fit-tul sabiex jaħsdek fit-tmiem(eżempju Is-seba’ vittma). F’dan il-każ l-istorja tieħu x-xorta ta’ thriller.
Fi Grasso naraw il-katavru jinżel fil-qabar għax “post katavru mhux ħlief il-qabar” (p.281).
Stramb u surreali
Fost l-ingredjenti li ninnota hemm dak li hu stramb u surreali. . Niltaqgħu ma’ tfajla eżempju li tara tfajla oħra tixbaħha qisha qed tara rifless tagħha (p.86). Dawn id-deskrizzjonijiet żgħar anke jekk ma jkunux kruċjali ikomplu jdaħħluna fl-atmosfera li semmejt qabel.
Fi Trinu l-iswed naraw l-istatwa li f’moħħ it-tifel qed ikellmu u r-realtà kiefra titħallat mas-surreali. Iżda wara kollox din kienet statwa tal-ġibs li meta nħasad spiċċat frak mal-art.
Naraw ukoll il-kuntrasti: il-waħx u l-komiku, realtà u fantasija, il-ħajja u d-dramm, ix-xewqat u l-beżgħat.
Dak li ma tkunx qed tistenna
Il-mod kif ipoġġi s-sentenza Anton Grasso u kif jibni u joħloq argument, idaħħlek f’sitwazzjoni li ma tkunx qed tistenna. Id-dar sabiex nies imdejqa jmutu hienja hija d-dar fejn tieħu gost tmut. “Jekk tieqaf taħseb ftit, tinsa l-ikel, ix-xorb u d-divertiment li ssib hawn ġew tinduna li taħt din il-maskra ta’ hena artifiċjali hemm il-mewt” (p.77).
Mill-banda l-oħra fl-aħħar storja li għandna, “Ir-Raġel ta’ Novembru” għandna żagħżugħ li
ommu qatlet lil missieru. Din ġabet rabja fih tant li jispiċċa joqtol it-tfajliet. Anke l-affarijiet sempliċi ta’ kuljum iqanqlu fina ċerta biża’: “Il-lejl kien jidħol fuqi bħal barrani mhux magħruf bla mixtieq u mistenni” (p.252)
Iżda mhux dejjem il-lejl ikun li jbeżża. Xi kultant anke d-dawl u d-dehra ta’ xi ħadd bla mistenni.
“F’daqqa waħda ħasset paniku li ma setgħetx trażżnu. Qalbha qisha waqfet waqt li baqgħet tmexxi jdejha ‘l fuq u ‘l isfel. B’rogħda ma ġisimha kollu, idejha waqfu madwar ħadida spunata ‘l barra Is-salott iddawwal f’daqqa” (p.238).
Anton Grasso: Il-profondita’ tal-bniedem
Waqt li ma jnaqqsu xejn mill-immaġinazzjoni u l-istħajjil forsi bla ma jrid fil-poeżiji naraw aktar l-umanita’ ta’ Grasso. Fil-poeżiji joħroġ aktar il-fatt li wara l-makabru, wara l-iswed hemm is-sabiħ u l-pożittiv. Naturalment meta wieħed janalizza b’ċerta reqqa n-novelli wieħed jista’ jislet l-imħabba li għandu l-awtur għall-umanita’. Fil-poeżija iżda toħroġ il-ħlewwa wkoll anke fil-kelma. U dan minkejja l-fatt li l-poeżija mhux nieqsa mill-elementi li jsawru lil Grasso u li huma attribwiti għalih, jiġifieri dak li hu oskur u l-misteru.
Il-fidi tal-poeta fil-ħallieq narawha f’Talba (p.367) li fil-fehma tiegħi l-aktar li fiha juri sengħa poetika u għażla tajba tal-metafora:
“Mulej, hekk kif jitbexxaq l-għabex mal-ewwel titwiba tad-dellijiet jilagħbu minn wara l-purtiera iħabbru l-wasla ta’ jum ġdid”
Xogħol rappreżentattiv u konklużjonijiet
Bla dubju ta’ xejn dawk li għandhom numru ta’ kotba ta’ Grasso fil-librerija personali tagħhom ser iżidu dan il-ktieb sabiħ dwar dan l-awtur. Dawk li m’għandhomx kotba ta’ Grasso għallinqas għandu jkollhom dan il-ktieb. L-istejjer u l-poeżiji ta’ Anton Grasso huma magħżula minn Joe Cassar.
L-ewwel parti tal-ktieb tikkonsisti fi ħsibijiet dwar Anton Grasso minn Doris Azzopardi, Charles Briffa, Norbert Ellul-Vincenti, Charles Flores, Ġorg Mallia, Marica Mizzi, Ġorġ Peresso, Mariella Pisani Bencini, Patrick Sammut u Carmel Scicluna. Wara għażla tajba ta’ novelli u poeżiji minn Joe Cassar, il-ktieb jispiċa b’għażla ta’ ritratti minn Annette Apap, it-tfajla li qattgħet (jew ħliet) aktar min-nofs ħajjitha miegħu, uħud minnhom ippubblikati għall-ewwel darba.
Anton Grasso 40 sena ta’ waħx … u aktar huwa ktieb ta’ 425 paġna u b’qoxra iebsa. Il-pubblikaturi ta’ dan il-ktieb evidentament għarfu l-importanza ta’ dan l-awtur li ppublika 52 ktieb. Il-qarrej ser isib f’idejh ktieb li jixraq, ktieb li tieħu pjaċir iżżomm u naturalment titpaxxa bil-kitba ta’ Anton Grasso.
Kitba ta’ Malala Yousafzai bi traduzzjoni ta’ Godwin Ellul
Pubblikazzjoni: Faraxa flimkien b’kollaborazzjoni ta’ L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u RSM MT.
Jekk hemm ktieb li xtaqt nitkelem dwaru fil-bidu ta’ sena ġdida; jekk hemm messaġġ li xtaqt inwasslilkom għal din is-sena li ġejja, huwa propju dak ta’ Malala. Min hija Malala Yousafzai? Is-sotto-titolu tal-ktieb jgħidilna mal-ewwel li hija “It-tifla li tkelmet favur l-edukazzjoni u sparawlha t-taliban”.
Persważ li ftit huma dawk li ma semgħux b’din it-tifla li l-Prim Ministru tal-Pakistan Shahid Khaqan Abbasi sejħilha l-aktar persuna prominenti f’pajjiżha. Fil-bidu tat-traduzzjoni bil-Malti naqraw numru ta’ tifħir dwar dan il-ktieb minn bosta ġurnali ewlenin fosthom Time, The Guardian, Financial Times u bosta oħrajn. Naqraw ukoll li Malala hija:
“Rebbieħa tal-Premju Nobel għall-Paċi,
Imsemmija waħda mis-16-il persuna taħt l-għoxrin l-aktar influwenti tas-sena minn Time
Magħżula minn People bħala Hero of the Year
Rebbieħa tal-Ktieb Mhux Fittizju tas-Sena fil-British National Book Awards.”
Il-ktieb jibda f’Birmingham l-Ingilterra imma huwa ambjentat fi Swat fil-Pakistan. Kif jagħtina x’nifhmu mal-ewwel is-sotto-titolu tal-ktieb hawnhekk ser insibu storja mqanqla.
It-temi ser nislithom mit-taħdita li saret waqt it-tnedija ta’ dan il-ktieb dak in-nhar tal-Festival tal-Ktieb li fiha ddiskutu Dr Josianne Cutajar, l-Prof Anthony Aquilina u l-Prof Carmel Borg.
Sabiex ikun faċli għalina biex nifhmu xi termini f’dan il-ktieb li mhux familjari magħhom, fosthom dawk politiċi u reliġjużi, l-ktieb għandu Glossarju (p.303) u anke dwar ġrajjiet importanti fil-Pakistan (p.307). Il-ktieb jinkludi wkoll numru ta’ ritratti sbieħ bil-kulur
L-importanza tal-edukazzjoni
L-ewwel ħsieb li jiġik meta taqra dan il-ktieb huwa kemm il-ħsieb ta’ tagħlim b’xejn għal kulħadd huwa ‘l bogħod mir-realta’; kemm il-ħsieb li kull mara tista’ titgħallem huwa ‘l bogħod mir-realta’.
Naqraw dwar il-Mufti li kien ipprova jagħlaq l-iskola tagħhom (p.86). L-ewwel kien pprova jikkanċella l-kera tal-post imma meta ma rnexxilux insista li kien qed jirrapreżenta Musulmani tajbin li jaħsbu li l-iskola tal-bniet tiegħu kienet “haram u dagħwa” u għalhekk kellu jagħlaqha għax il-bniet mhux suppost imorru skola (p.90). Minkejja li dan il-pjan ma rnexxiex, it-Talibani komplew jagħlqu mijiet ta’ skejjel.
F’intervista li kient tat bl-Urdu tal-BBC, Malala bil-kuraġġ kollu staqsiet: “X’wiċċ għandhom it-Taliban jiħduli d-dritt bażiku tiegħi għall-edukazzjoni?” (p.138).
Fit-taħdita tat-tnedija ta’ dan il-ktieb il-Professur Carmel Borg xebbah il-kunċett ta’ liberazzjoni mal-pedagoġija tal-liberazzjoni ta’ Paolo Freire għaliex tabilħaqq hawn ukoll naraw l-edukazzjoni bħala ċavetta għal moħħ kritiku. Mhux biżżejjed l-edukazzjoni, mhux l-edukazzjoni tat-taliban, imma l-edukazzjoni li twassal biex wieħed jara l-affarijiet b’mod aktar oġġettiv.
Tifla ordinarja li għamlet affarijiet straordinarji
Il-kobor ta’ Malala hija li hija tifla ordinarja li għamlet affarijiet straordinarji. Il-ħolma tagħha hija propja din li kulħadd jista’ jagħmel xi ħaġa. Jekk ħadd ma jitkellem kollox jibqa’ kif inhu. Anke qabel it-taliban, meta twieldet in-nies tar-raħal ġiethom ħniena minn ommha u ħadd ma feraħ lil missierha għax twieldet tifla (p.11). Minbarra dan l”iżvantaġġ” tal-ġeneru Malala ma twelditx fil-lussu jew minn xi familja speċjali. Fit-tnedija ta’ dan il-ktieb ġie nnutat li d-differenza kbira li tagħmel il-familja hija l-istabbilità u li jkunu aħjar. Tawha dak li hu bażiku
Bħal missierha hija dejjem kienet toħlom f’soċjeta’ aktar ġusta u kienet timmaġina x’tagħmel waqt li tkun sejra lura d-dar. Kieku tattakkah lura tkun qed tagħmel l-istesss bħat-terrorista. Allura kienet tistħajjel titolbu b’ħerqa kbira:
“Kollox sew, sparali, imma l-ewwel ismagħni. ..
Kulma rrid huwa biss li kull tifla tmur l-iskola” (p.4)
Waqt li llum fis-soċjeta’ tagħna qed ingawdu minn dan id-dritt ta’ kull tifla, ta’ kull mara, ma jfissirx li m’għandniex inkomplu noħolmu. F’dinja fejn il-kapitaliżmu bħal patrijarkiżmu saru eġemoniċi, ‘jinsterqilna’ d-dritt li noħolmu f’dinja aħjar f’dinja differenti u mhux esplojtattiva.
Lil hinn mill-fruntieri u reliġjon
Malala trawmet f’dinja Iżlamika u taf sew il-Quran, il-ktieb Qaddis tal-Islam u tirringrazja l’Allah bosta drabi fost oħrajn anke lejn l-aħħar ta’ dan il-ktieb. Hija Musulmana konvinta u l-konvinzjoni ġejja anke mill-ħsieb ħieles tagħha li tistaqsi u mhux tassorbi biss dak li ppruvaw ibellgħulha.
Meta l-kittieb Salman Rushdie ħareġ il-ktieb kontroversjali The Satanic Vereses li kien parodija tal-ħajja tal-Profeta Muhammed (is-sliem għalih), missierha kien saħaq li l-Islam mhuwiex daqshekk dgħajjef li ma kienx sejjer jittollera ktieb kontrih . “Mhux l-Iżlam tiegħi!” (p.44)
Meta qatlu lill-Prim Ministru Benazir Bhutto, kient ixxukjata mhux ftit meta l-għalliema tal-Istudji Iżlamiċi qalilha “Tgħidx kemm għamlu sewwa li qatluha. Meta kient ħajja ma kienet tiswa għal xejn. Ma kinitx issegwi l-Iżlam kif suppost.” Hawnhekk naraw kif missierha ssuġġerielha “Tgħallem biss dak li jgħid Alla. Kliemu huwa messaġġ divin, li inti ħielsa u indipendenti fil-mod kif tinterprethom” (p.130).
Dan irridu narawh fid-dawl tal-interpretazzjonijiet ħżiena mill-Mullahs u napprezzaw is-sens kritiku kemm ta’ Malala kif ukoll ta’ missierha. Nifhmu wkoll li sitwazzjonijiet simili eżistew fil-Kattoliċiżmu u għalhekk wieħed ifaħħar fost oħrajn diversi iniżjattiva fejn it-tagħlim tal-Bibbja sar aktar aċċessibli u magħhom naturalment l-evoluzzjoni soċjo-politika li għaddew minnha bosta pajjiżi Ewropej.
Konklużjoni u relevanza għal pajjiżna
Il-fatt li l-istorja titlaq minn Birmingham u tmur lura bħal vjaġġ fi Swat fil-Pakistan tfakkrek li l-valuri li għandna dan il-ktieb mhumiex marbuta ma’ pajiż jew post imma huma universali. L-istorja ovvjament għandha kuntest u rridu nifhmu kollox f’dan id-dawl, pero l-prinċipji ta’ Malala mhumiex relevanti biss f’dak il-kuntest partikolari. Kif sostna l-Professur Carmel Borg fit-taħdita tat-tnedija “hija storja wkoll lokali” u relevanti anke għalina. Il-ġlieda ta Malala hija għalina wkoll. Mhux xi messaġġ imbiegħed.
Irridu qabel xejn ngħożżu dak li ksibna fosthom il-prinċipji demokratiċi taħgna. Irridu nibqgħu noħolmu f’soċjeta’ aktar ġusta. Irridu nitkellmu għal dawk li m’għandhomx vuċi. Is-skiet itarrax quddiem anke l-karba tal-Immigranti.
Nagħlaq bil-poeżja ta’ Martin Niemőller li kien għex fil-Ġermanja Nazista (meħuda mill-ktieb p.136):
Dwar il-Perit Duminku Mintoff nibtu bosta miti. Min idemonizzah u min idolizzah u ċertament li hekk ser jibqa’ jsir. Pero aktar ma jgħaddi żmien aktar jinbet ukoll l-interess ġenwinli jrid ifittex aktar fil-profond dwar dan l-istatista kbir. M’hemm ebda mod aħjar kif nistgħu nifhmu aktar il-formazzjoni tas-soċjaliżmu f’Malta, il-bidu tal-ġustizzja soċjali, u l-ġlieda li kellha tagħmel Malta fil-ħsieb tal-Perit Mintoff, milli milli nisimgħu minn fommu. Il-bastjun esperjenza l-faqar, fl-Ingilterra esperjenza l-pajjiż kolonjali. Imma f’Malta kien għad hemm il-ħtieġa li nibnu l-istrutturi meħtieġa. Imbagħad hemm ir-rwol tal-Knisja wkoll f’Malta, li n-nuqqas ta qbil tiegħu ma kienx dwar aspetti ta’ fidi anke jekk imsaħħaħ bħala domma mill-Knisja, għaliex dan ma kienx ser jagħmel ħsara lis-soċjeta’. In-nuqqas ta’ qbil beda dwar “dommi sekondarji” li jżommu l-ħaddiema milli jimxu ‘l quddiem.
Ma nistax ngħid li m’għandix ix-xewqa li naqsam il-ħsibiiet tiegħi dwar dawk iż-żminijiet taż-żogħżija ta’ Mintoff li fihom nistgħu naraw ukoll dak li sawwar il-ħsieb fil-mixja tagħna bħala poplu aktar ‘il quddiem. Iżda quddiem ktieb bħal dan anke jien ħsibt li aktar mill-analiżi tiegħi, jew ta’ xi ħadd ieħor immur mal-ewwel għall-fehma tal-persuna li ħadet ħsieb biex dan il-ktieb wasal għandna.
F’isem it-Torċa tkellimt ma’ Dr Yana Mintoff Bland. Huwa ta’ unur għalija u ħassejt li huwa d-dmir li t-Torċa li tkun min tal-ewwel li tiltaqa’ ma’ Dr Mintoff Bland u għalhekk qed naqsam magħkom din l-intervista ESKLUSSIVA.
Dr Mintoff Bland, it-tifla tal-Perit Dom Mintoff setgħt toffrili mhux biss l-esperjenza bħala editur. Nieħu l-liberta’ li ngħid li l-valuri tal-Perit Mintoff jinħassu u stajt nistħajjel ftit li qed ingawdi ftit lil dan l-istatista kbir, u rrid ngħid li ngħożż il-mumenti li għamilt din l-intervista.
Omar: Dr Yana Mintoff Bland qabel xejn nirringrazzjak anke f’isem it-Torċa li aċċettajt li tagħmel din l-intervista. F’idejna għandna ktieb mill-isbaħ, ġojjell biex ngħid hekk, anke kieku ma kienx tal-Perit Mintoff, il-papa’ tiegħek, xorta waħda jibqa’ ktieb ta’ stoffa. Ktieb volumuż bl-esperjenza l-istorja ta’ Malta mill-perspettiva ta’ Duminku Mintoff. Ktieb bħal dan ovvjament nifhmu li jrid ħafna xogħol: X’kien jinvolvi l-proċess biex mil-karta wasal għal dan il-ktieb sabiħ li għandna llum?
Dr Mintoff Bland: Mela l-ewwel ħaġa li nixtieq niċċara hija li kull kelma hija ta’ missieri jiġifieri kif qiegħed miktub fil-kelmtejn ta’ qabel, kif jikteb Daniel Mainwaring, l-editur prinċipali, li aħna sibna l-kitba ta’ missieri. Fil-fatt kien hemm elf paġna u bil-mod il-mod qrajna li l-istorja personali tiegħu nistgħu qisna niġbduhom l-istejjer li kien hemm u noħorġu l-awtobijografija personali tiegħu, dawn kienu tliet mija u tletin paġna jiġifieri minn dawk l-elf ġbidna dawn u kienet pjuttost ix-xogħol ta’ Daniel li sawwar, seta’ jara dan il-ktieb minn l-affarijiet li sibna. Il-proċess beda għoxrin sena ilu, għax sena wara li mietet ommi beda jikteb u jien kont naħdem barra u kien qed jibgħathomli kważi tmien paġni kull ġimgħa bil-fax u kienu diġà qishom bit-typewriter. Imbagħad xtara miegħi l-kompjuter u wara li kiteb kollox b’idejh u għamel ħafna ħsieb u kultant riċerka ukoll kiteb b’idejh u imbagħad daħħal kollox fil-kompjuter jiġifieri aħna sibna dawk l-elf paġna fil-kompjuter.
Omar: Meta bdejt naqra dan il-ktieb mal-ewwel paġni innotajt li jsemmi l-bastjun. Jiena minn Bormla u qisni mill-ewwel laqtitni però naraha ukoll li iktar milli bħala post qisha donnha toħroġ kważi bħala tema. Kważi kważi metafora tal-kuraġġ illi Duminku Mintoff sab u għenu moralment u soċjalment biex jegħleb l-ostakli kollha li llum lanqas nimmaġinawhom naħseb jiġifieri li sab matul ħajtu. Minn banda jiġifieri qisu jitkellem dwar it-trobbija tiegħu u anke dak li qisna smajna diġà jiġifieri r-rabta mal-faqar forsi li kien hawn f’Malta però fl-istess ħin anke naraw dan is-sens qisu nostalġiku kważi sentimentali lejn din it-tfulija tiegħu. Ma nafx xtaqtx tikkummenta f’dan is-sens…?
Dr Mintoff Bland: Naqbel kompletament miegħek, missieri kien iħobb ħafna lil Bormla u speċjalment il-Bastjun fejn kif jikteb kellu l-isbaħ trobbija minkejja l-isfidi kollha li kellhom il-Bormliżi dawk iż-żminijiet kien hemm ħafna faqar imma kif qed tgħid, il-kuraġġ li kellhom imma naħseb ukoll żewġ affarijiet oħra. Is-solidarjetà, is-solidarjetà kienet ħafna parti minn ħajjithom, naħseb missieri dejjem ħass is-solidarjetà ma’ nies li kellhom ħafna sfidi, seta’ jidħol fiż-żarbun ta’ xi ħadd ieħor mill-ewwel u jara kif jista’ forsi joħroġ minn xi problema. Ħaġa oħra li joħroġ mil-ktieb li jien ma kontx naf ħafna dwarha qabel hija qisa anke mal-ħbieb li kellu, hu jikteb kemm-il darba dwarha, li kienu jaħsbu qabel biex joħolqu xi strateġija u naħseb żamm miegħu dak li biex tegħleb ċerti, jew biex tasal x’imkien kellek taħsibha qabel u tagħmel pjan mal-ħbieb u hemm diversi eżempju li nista ngħidlek. Per eżempju kif tista’ tevitah dan il-kelb li kien vera aħrax u tal-biża’, x’għandek tagħmel jew kif tista’ forsi tieħu xi ftit pastizzi mingħand dak tal-pastizzi u l-istrateġija u s-solidarjetà huma mportanti ukoll mal-kuraġġ. Kif kien dejjem jgħidli l-Bormliżi li għandhom hi l-onestà u naħseb dejjem kellu dak il-prinċipju li trid tkun onest fil-ħajja.
Omar: Naħseb mal-kuraġġ stampa oħra li għandhom in-nies tal-perit Mintoff biex ngħid hekk hija li kien oratur mill-aqwa, persuna li kien jikkomunika kelli x-xorti kont għadni żgħir jien u ġieli smajtu jitkellem ukoll, iħaddem idjoma tajba bil-Malti u l-messaġġ tiegħu kien jasal għand kulħadd jiġifieri l-messaġġ anke jekk ikun xi ħaġa biex ngħid hekk forsi lin-nies ftit li xejn kienu jifhmu fuqha kien iwassalha b’mod li kulħadd kien jifhem. Hawn hekk għandna ktieb bl-Ingliż artikulat ħafna, mirqum, jien kelli x-xorti ukoll li qrajt l-artikli tiegħu f’The Knights forsi jistgħu biex ngħid hekk wieħed jista’ jieħu togħma anke tal-espressjoni anke miktuba u l-akbar kompetenza għallinqas f’dan il-ktieb hija fl-argument, il-konsistenza anke il-kontinwità, irnexxielu jgħaqqad ħaġa mal-oħra, jibni esperjenza personali forsi biex isaħħaħ l-argument tiegħu. Ma nafx forsi x’tikkummenta dwar il-kitba fiha nnifisha anke f’dan il-ktieb jew anke b’mod ġenerali?
Dr Mintoff Bland: Missieri kellu żewġ affarijiet kif kien jaħseb, kif kien jitkellem qisu kellu dak il-leħen u xi ħaġa pjuttost minn Alla ngħidha għax kellhu ħaġa li kien jiġbed lin-nies u jżommhom jisimgħuh imma kif jikteb imbagħad jikteb mod ieħor imma qisu jibda mill-istess post u jasal fejn irid b’ħafna eżempju, storja, kultant qisek inti qiegħed fil-vjaġġ miegħu jiġifieri qisu jgħaqqad l-affarijiet li nies oħra forsi ma jafux jgħaqqadhom l-argument u naħseb dak ukoll joħroġ mil-ktieb. Il-kitba iva, għandu pinna tal-għaġeb u naħseb dik hija sorpriża għal ħafna nies għax il-mod kif jiċċara jew jgħati eżempji, anke kif ipinġi nies li kienu ta’ madwaru u kif għandu ukoll, mhijiex biss qisha antropoloġija, hija pjuttost qed juri kif m’aħniex waħedna u xejn ma wasal imkien waħdu. Naħseb dik hija xi ħaġa li tara sewwa fil-ktieb, kull fejn ikun jgħid ta’ madwaru l-ewwel umbagħad jgħid fejn wasal b’saħħithom.
Omar: Xi ħaġa oħra li qisni nnuttajt meta anke bdejt nara dan il-ktieb hija li waqt li hemm ħafna dettalji u jagħti ħafna dettalji anke dwar post li biex ngħid hekk kważi tista’ tpenġih il-post li jagħti anke kieku ma fihx ir-ritratti mid-deskrizzjonijiet wieħed biżżejjed biex jieħu stampa. Però ma nsibux ftaħir fuq dak li għamel jiġifieri anke fuq dak li huwa t-tfulija tiegħu m’hemmx ftaħir f’dan is-sens, jiena jidhirli li wasal anke ż-żmien forsi nitkellmu, illum isemmuha ħafna, dwar l-umiltà tal-politiku jiġifieri forsi dak iż-żmien forsi ma nafx konniex tant nitkellmu daqs tant dwarha, forsi kien iktar kruċjali li kien jgħolli r-reputazzjoni ta’ Malta u ta’ pajjiżna biex saret kif saret u grati għalih però forsi wasal, anke biex nibqa’ fuq dan il-ktieb, toħroġ qisha ħafna l-umiltà tiegħu jiġifieri m’hemm l-ebda mod ċerta ftit, tinħass l-umiltà kważi kważi.
Dr Mintoff Bland: Naqbel miegħek u naħseb li qed jgħid hawn li meta kien jgħaddi mit-trobbija u miż-żogħżija kien jgħaddi minn ħafna kriżi eżistenzjali u m’huwiex jistħi biex jgħidha ċara. Per eżempju meta ġie l-kuġin mill-Alġerija u kellu l-ħila, kien jixtieq imur hemm u jaħdem l-Alġerija kellu dik il-kriżi li kellu l-ġibda joħroġ mil-gżira żgħira fejn sab ruħu u tkellem ma missieru u gwidah. Imma ħafna paġni fil-ktieb qegħdin fuq dik il-kriżi eżistenzjali li naħseb, ħafna żgħażagħ u anke kbar, iħossuhom u nteressanti ukoll biex tara kif għadda minnhom. Naħseb l-ikbar kienet meta kien jixtieq jerġa’ jiġi Malta fit-tieni gwerra u ma setax u kif sab kull mezz biex jerġa’ jiġi u kif kellu bżonn jistenna dawk it-tlett snin qabel ma ġie u naħseb kien kollox qisek tista’ tara l-lezzjonijiet li kif ħareġ minn dawk il-kriżi. Naħseb tgħallem ħafna lezzjonijiet u li kienu mportanti għal ħajtu, fil-ħajja politika wara, li kellu bżonn jistenna dawk is-sittinijiet, kienu twal ħafna, li wara li għen li niksbu L-Indipendenza fl-erbgħa u sittin xorta kien barra bħala kap tal-Oppożizzjoni tista’ tgħid tnax-il sena jew iktar, tlettax-il sena, dawk kienu snin twal kien jixtieq ħafna li jgħin lil Malta timxi ‘l quddiem jiġifieri naħseb għandek raġun, qisa hemm ħafna onestà fil-ktieb li s-sorpriża għalih kienet li jiftaħ qalbu kompletament anke li jitkellem dwar l-imħabba, onestament hekk, ċar u tond xi ħaġa ħelwa ħafna li ma kontx naf dwaru.
Omar: Xi ħaġa issa dwar nimmaġina x-xogħol ta’ min ħa ħsieb l-editjar ta’ dan il-ktieb li huwa wieħed ukoll eċċellenti. Fil-ktieb insibu numru sabiħ ta’ ritratti li xtaqt nikkummenta aktar dwarhom fil-fatt għax huma parti integrali mill-ktieb. Ritratti storiċi, fosthom tal-fortifikazzjonijiet, Malta fl-imgħoddi. Xtaqtek tgħidilna dwar dawn.
Dr Mintoff Bland: Kien hemm it-tim, aħna ddeċidejna li ħa nippublikawh aħna jiġifieri kienet xogħol ta’ dedikazzjoni, l-imħabba u r-rispett lejh u kien hemm ħafna iktar xogħol u kien hemm affarijiet li vera ma konniex nafu fil-bidu kif ħa nagħmluhom imma ibni huwa storiku u kellu ħafna determinazzjoni u hu għamel internship, kien intern mal-arkivji nazzjonali ta’ Malta u għamel ħbieb ma’ Nardu Callus u Nardu Callus għena ħafna bid-dokumenti storiċi u ritratti u ċerti fatti. Jiġifieri hu daħal fit-tim umbagħad l-aħħar sentejn u bdejna inżejnu l-ktieb, mhux eżatt inżejnu, nagħtu iktar dettalji bil-mezz ta’ dokumenti u ta’ ritratti jiġifieri nista ngħid li dawk it-tnejn mirakli għamlu Nardu Callus u Daniel Mainwaring u hekk wasalna fl-aħħar.
Omar: U għandna prodott kif jixraq ukoll jiġifieri kif jixraq għalih.
Dr Mintoff Bland: Nista ngħid ukoll biss li ddeċidejna li jkun aħjar għal ħafna Maltin li jkun miktub ukoll bil-Malti u Joe J. Borg għamel ħiltu, għamel xogħol tajjeb ħafna. Prof Oliver Friġġieri wkoll kiteb id-daħla vera sabiħa ukoll bi sfond tiegħu imma jiena nemmen li huwa mportanti li ħriġna bit-tnejn f’daqqa, il-Malti u l-Ingliż biex kulħadd jista’ jaqrah.
Omar: Kulħadd għandu aċċess għalih.
Dr Mintoff Bland: Eżatt.
Omar: L-aħħar mistoqsija forsi ftit iebsa però ma tantx nista noħroġ minnha biex ngħid hekk, il-ktieb kont qed nifhem li beda jinkiteb tlett snin wara li tilfet il-battalja kontra l-kanċer Moira, il-mama tiegħek però qed tgħidilna aktar qabel li sena wara fil-fatt. Persuna maħbuba, qalbha tad-deheb, siekta però fl-istess ħin preżenti ħafna fil-ħajja tal-perit Mintoff jiġifieri u anke f’dan il-ktieb stess tidher evidenti ħafna jiġifieri tinħass ħafna kif għedt anke inti tajjeb, hemm ċerti sentimentaliżmu anke fuq ir-romantiċiżmu ukoll. Xtaqt tgħidilna xi ħaġa ftit dwar il-mama tiegħek anke fl-isfond ta’ dan il-ktieb jew forsi hemm aktar dettalji, kif tixtieq.
Dr Mintoff Bland: Ommi naħseb kienet l-isbaħ omm li stajna jkollna jien u oħti minkejja l-isfidi li kellhom ommi u missieri t-tnejn kienu jaħdmu ħafna flimkien għal politika. Ommi kienet attiva, kienet temmen ukoll fis-soċjaliżmu u kienet tħobbu immens lil missieri, naħseb ħass il-vojt tagħha ħafna u għalekk ħass li kellu bżonn jgħati l-ħin tiegħu għal kitba wara li tilifha. Jiena kważi kuljum niltaqa’ ma nies li jgħidu xi ħaġa sabiħa dwar ommi, jgħidu “Eh jiena rajtha taħsel il-platti fid-dar tal-anzjani” u hekk kienet tagħmel ħafna affarijiet bil-kwiet u kif qed ngħid kienet attiva ħafna, naħseb missieri ukoll kien jemmen f’attiviżmu iktar mil-kitba u t-teorija. Kien dejjem jgħidli l-azzjoni hija l-iktar importanti minn kollox imma naħseb umbagħad sab ruħu waħdu u kien irid jiftaħ qalbu għan-nies, għal kulħadd li seta forsi jieħu xi ħaġa mil-kitba tiegħu u aħna nixtiequ ħafna kulħadd ikollu aċċess għal ktieb.
Omar: Grazzi għalhekk issa għandna f’idejna dan il-ktieb, nirringrazzjak li qsamt magħna dan il-ħin prezzjuż tiegħek.
Għadha kemm ħarġet edizzjoni ġdida tal-ktieb awtobijografiku Fjuri li ma jinxfux tal-Professur Oliver Friġġieri. Il-kobor ta’ dan il-ktieb mhuwiex biss għax huwa ktieb ta’ tifkiriet mill-pinna tal-awtur innifsu. Dik waħidha hija importanti meta tqis il-profil għoli li għandu l-Professur Friggieri, id-diversi impenji tiegħu u l-kontribut enormi li ta lill-ilsien pajjiżna. Imma l-akbar valur li nara f’dan il-ktieb huwa li jitratta l-istorja soċjali u soċjo-politika ta’ pajjiżna, u qed naraw din l-istorja minn angolu ta’ persuna li għexha. F’dan il-ktieb napprezzaw ħajjet il-Maltin li għexu fi żminijiet differenti, ċ-ċirkostanzi tagħhom u kif inbidlu mal-milja ta’s-snin.
Bil-permess tal-awtur qed indewqukom togħma żgħira minn dan il-ktieb ta’ tifkiriet Fjuri Li Ma Jinxfux
Fid-dell tal-ġlieda bejn l-Arċisqof Gonzi u l-Perit Mintoff
Bejn ix-Xagħra tal-Furjana u s-Seminarju
Is-Seminarju Minuri li naf jien huwa dak li ħadt fih l-edukazzjoni sekondarja tiegħi bejn l-aħħar snin tal-ħamsinijiet u l-ewwel erba’ snin tas-sittinijiet. Is-Seminarju tal-Furjana, fejn kien fis-snin ħamsin-sittin u wara, maż-żmien beda jintuża bħala l-Kurja ta’ l-Arċisqof. Huwa bini kbir, dinjituż, quddiem in-niżla ta’ Sammiżun (Sa Maison), fix-xifer tal-Furjana. Huwa bini mimli antikita’ u storja, b’ħitan għoljin, b’pitturi qodma matul il-kurituri, b’kolonni għoljin li jduru madwar il-klassijiet tagħna ta’ studenti fi skola sekondarja. Hemm għaddejna l-kors tat-tagħlim sekondarju. Kienu kollha snin mill-isbaħ, u l-ħajja kienet trankwilla, il-pass kien bil-mod, u l-entużjażmu tagħna l-istudenti kien kbir.
Fix-xifer ta’ Balzunetta, fejn trabbejt, kien hemm tliet istituzzjonijiet importanti: l-Isptar ċentrali, id-Dar ċentrali tal-Pulizija, u s-Seminarju (Minuri u Maġġuri). Fil-modestja tagħha, mimlija familji mill-aħjar u ta’ qalb kbira, Balzunetta kellha fil-fatt ħafna prominenza. Fix-Xagħra tal-Furjana, wara kollox, kienu jsiru l-parati tas-suldati. Il-parati kienu wirja ta’ uniformijiet sbieħ, ta’ riġmenti preċiżi, ta’ ċerimonji mimlijin kulur. Malli tispiċċa l-parata, aħna t-tfal konna mmorru niġru fix-Xagħra biex niġbru l-iskrataċ taċ-ċomb wara li s-suldati jkunu sparaw fl-ajru bħala parti miċ-ċerimonja u ħallew l-iskrataċ imxerrdin ma’ l-art. Fix-Xagħra wkoll lgħabna l-futbol għal sigħat sħaħ, avolja konna nweġġgħu jekk konna naqgħu fuq l-art mimlija ġebel. Il-logħob kollu kien isir fuq art mingħajr it-terf, li daħal ħafna snin wara. U fix-Xagħra wkoll tajjarna t-tajra tal-karti, u ħarisna ‘l fuq ‘il fuq, nixtiequ, nittamaw, u noħolmu. U fuq kollox, konna qegħdin nistennew. Is-snin ta’ l-għaġeb – ħamsin u sittin – kienu tagħna kollha kemm huma. Ma konniex sinjuri, u konna kuntenti. Bi ftit soldi, l-aktar l-aktar bi ftit muniti ta’ tliet soldi (il-munita konna nsejħulha ‘skorfina’), aħna t-tfal stajna niftaħru li konna sinjuri. Bil-logħob tagħna fit-toroq, konna konvinti li l-pajjiż kollu kien tagħna.
L-għaxra: ħin il-kolazzjon u l-logħob
Qiegħed inħallat apposta t-tifkiriet tiegħi ta’ Furjaniż mat-tifkiriet tiegħi ta’ student fis-Seminarju Minuri tal-Furjana, f’Balzunetta. Fil-fatt, naħseb li l-istudenti sħabi li kienu jiġu l-iskola, mill-bliet u mill-irħula kollha ta’ Malta, kienu jsiru huma wkoll b’xi mod Furjaniżi. Għallinqas għas-sigħat ta’ filgħodu, mit-Tnejn sal-{imgħa. }afna studenti ma kinux iġibu kolazzjon magħhom mid-dar. Kienu jixtru ħobża żgħira mħawra tajjeb biż-żejt u bit-tadam, jew ftit pastizzi, jew ħobża bil-butir u bil-ġobon mill-ħwienet ta’ l-inħawi, fil-waqfa tal-mistrieħ ta’ kwarta għall-ħabta ta’ l-għaxra ta’ filgħodu. Il-lezzjonijiet kienu jispiċċaw madwar is-siegħa ta’ wara nofs in-nhar. Matul il-waqfa tal-mistrieħ – il-brejk! – konna mmorru x-Xagħra. Kienet iddoqq qanpiena kbira li tidwi ma’ l-iskola kollha, u lkoll konna noħorġu niġru lejn ix-Xagħra biex insibu r-roqgħa tagħna fejn kellna d-dritt nilagħbu logħba futbol qasira. L-istudju jiġi l-ewwel, u warajh kien jiġi l-ballun. Ballun tal-lastiku, pulit u normali, jew ballun taċ-ċarruta, li konna nixtruh b’sold u li ma kienx idum ma jitqatta’ bid-daqqiet tas-saqajn. Il-ballun kien jistenniena dejjem. Saqajna kienu jikluna biex nixxuttjaw, u meta ma konniex insibu ballun, konna ninfexxu f’ġebla jew f’bott tal-ħalib, jew f’karta mibruma tond fl-art. Kulħadd jixxuttja kullimkien, kull ħaġa li jara fl-art!
Ix-Xagħra tal-Furjana, madwar l-għaxra ta’ filgħodu, kienet f’daqqa waħda timtela bl-istudenti jiġru, jgħajtu u jirraġġaw u jilagħbu l-ballun. Il-ġlekkijiet blu skur matul ix-xitwa – kienet għadha teżisti x-xitwa fis-snin ħamsin-sittin – kienu jagħtu dehra differenti lix-Xagħra. Id-dehra kienet tkun kollha bajda meta mbagħad kien jibda dieħel is-sajf u konna nibdew immorru l-iskola bil-qmis u bl-ingravata – mingħajr ġlekk. L-uniformi kienet ħaġa sagra, u konna kburin biha għaliex konna nafu li s-Seminarju kien skola mill-aħjar. Il-ġlekk kellu l-arma tas-Seminarju fuq il-but ta’ quddiem. L-uniformi kienet tfisser dixxiplina.
Mill-istorbju għas-silenzju
Il-ġiri u l-istorbju tagħna lkoll fix-Xagħra kienu jieqfu hesrem malli kien jasal ir-Rettur, Dun Victor Grech, serju, bi tbissima, b’suttana dritta, b’kappell, u kien isaffar suffara għal ftit sekondi. Ftit, tassew ftit! L-istorbju tax-Xagħra kien jibda jbatti malajr, l-istudenti kienu jieqfu mil-logħob u jersqu pass pass lejn in-naħa tax-Xagħra li tagħti għat-triq li tieħu lura lejn is-Seminarju. Kull klassi kellha ‘prefett’, wieħed minn sħabna stess, li kien responsabbli mill-grupp tagħna. Konna ninġabru lkoll f’ringiela ta’ tnejn, skond il-klassi, bla kliem xejn, u konna nistennew tisfira oħra bis-suffara mingħand Dun Victor biex nimxu lura lejn il-klassi.
Dun Victor kien ħabib kbir tagħna lkoll u l-ġid li huwa għamel lis-Seminarju u lill-Knisja huwa kbir. Konna nħobbuh u bqajna nħobbuh ħafna. B’dixxiplina mimlija ġentilezza u serjeta’, b’kelma meqjusa, mirquma u ċara, kien kapaċi jikkonvinċi lil kulħadd kemm kienet kbira l-fidi tiegħu. Mis-snin sittin stess huwa kien diġa’ beda jkun imfittex u kkonsultat għall-pariri minn Malta kollha. ‘Il quddiem iltqajt miegħu wkoll fis-Seminarju Maġġuri. Dun Anton Galea, il-Viċi-Rettur, kien huwa wkoll raġel twajjeb, dehni, iddedikat għas-servizz ta’ skola kbira, konvint mis-sejħa tiegħu, u dejjem bi tbissima. Aħna l-istudenti konna xxurtjati.
Il-ħajja tagħna ta’ studenti fis-Seminarju Minuri kienet tassew kalma, u lkoll konna ferħanin bl-għalliema u bl-istudju. Kienu lkoll ta’ livell għoli; hekk bqajt naħseb, anki llum, wara ħafna snin. Fost l-eqdem ħbieb-studenti kien hemm Louis Galea u Albert Marshall, u t-tlieta bqajna ħbieb kbar sa llum. Moħħna għamel vjaġġ twil, imma qalbna qisha waqfet hemm, xi mkien fil-klassijiet tas-Seminarju Minuri tal-ħamsinijiet-sittinijiet. Kien dan l-istess fatt li mbagħad, żmien twil wara, wassalni biex nikteb ir-rumanz “Ġiżimin li Qatt ma Jiftaħ” (1998), ambjentat proprju f’Balzunetta ta’ dak iż-żmien.
F'”Ġiżimin li Qatt ma Jiftaħ” xtaqt inpinġi d-dinja ċkejkna u ħelwa ta’ familja żgħira, f’dawn l-istess inħawi, li fiha tifel jiskopri lid-dinja qiegħda tinfetaħ quddiemu bil-mod il-mod, waqt li ommu u missieru jħarsu lejh matul is-snin – u jixtiquh jibqa’ tifel, għal dejjem, bħal ġiżimin li jibqa’ ma jiftaħx, u jfuħ biss… Valuri essenzjali huma mlaqqgħin flimkien f’dinja żgħira li hi wkoll sħiħa, ideali, bla prentensjoni, u meraviljuża. Mhux dak hu li nixtiequ llum ukoll, wara kollox? Mela x’qegħdin infittxu? Fir-rumanz ta’ dan l-ambjent ippruvajt niddeskrivi s-sempliċita’ ta’ dak iż-żmien, u sadanittant indunajt li din hi dik il-ħaġa diffiċli, kumplessa, li għadna qegħdin infittxu llum. Dan hu l-ambjent li qiegħed nipprova niddeskrivi, u li xejn aħjar minn rumanz ma jista’ jerġa’ jibnih bi mħabba u b’intensita’. Anki “Stejjer għal Qabel jidlam” huwa ktieb immnebbah mill-istess ambjent.