IL-POETI TA’MALTA JITKELLMU BIL-LINGWA BELARUSSA – Kitba ta’ Yana Psaila

Dan sar possibbli grazzi għall-kuntatti fil-qasam tal-letteratura li qed jiżviluppaw bejn il-popli ta’ Malta u l-Belarus. Is-sena l-oħra l-qarrejja Maltin diġà saru familjari mal-poeżija tal-klassiċi Belarussi, fosthom Francysk Skaryna, Yanka Kupala, Yakub Kolas u oħrajn, kif ukoll fir-rivista “Sagħtar” ġiet ippubblika t-tielet storja tal-kittieb famuż tat-tfal tal-Belarus Ales Karlyukevich.

Il-letteratura Maltija ġiet ippreżentata għall-ewwel darba fil-Belarus fit-XXX Fiera Internazzjonali tal-Ktieb li saret fil-belt kapitali ta’ Minsk f’Marzu tas-sena l-oħra. Poeżiji ta’ poeti Maltin bir-Russu dehru fl-almanakk “Созвучие” (Sożvuċie) li ħareġ għal dal-avveniment sinifikanti fil-ħajja kulturali tal-pajjiż. U issa qed naraw it-tkomplija tar-rabtiet letterarji bejn il-popli tagħna. Fil-gazzetta letterarja popolari “Літаратура і мастацтва” (Literatura i mastaztva) ħarġu għall-ewwel darba l-poeżiji ta’ Omar Seguna, Adrian Grima, George Peresso, Oliver Friggieri, Immanuel Mifsud, Louis Briffa u Charles Coleiro bil-lingwa Belarussa.

Ta’ min jinnota li fil-Belarus hemm għexieren ta’ diversi perjodiċi, fosthom dawk li huma tassew meqjusa bħala l-aktar importanti fid-dinja letterarja tar-repubblika u li joħorġu, bħall-gazzetta msemmija aktar ’il fuq “Літаратура і мастацтва”, taħt l-awspiċi tal-Għaqda Kittieba Belarussi.

L-eqdem rivista ta’ kull xahar hija “Полымя” (Polimja), ilha toħroġ minn Diċembru tal-1922. Kienet inbdiet bis-sehem attiv ta’ Yanka Kupala, Yakub Kolas u klassiċi oħra tal-letteratura tal-Belarus. Rivista oħra skont l-ordni kronoloġika hija “Нёман” (Njoman) li twieldet fl-1945. Toħroġ bil-lingwa Russa. Mhux inqas famużi huma r-rivista “Маладосць” (Maladost), ir-rivista għaż-żgħażagħ “Бярозка” (Bjarożka), ir-rivista għat-tfal “Вясёлка” (Vjasolka), ir-rivista ambjentali “Родная прырода” (Rodnaja priroda)u r-rivista għan-nisa “Алеся” (Alesya). Dawn il-perjodiċi saru ferm popolari bis-saħħa tal-istaff editorjali u, fuqkollox, grazzi għall-edituri prinċipali tagħhom. Jekk nieħdu, pereżempju, ir-rivisti bħal “Полымя”, “Нёман”, “Маладосць” u “Бярозка” se ninnotaw li fi żminijiet differenti ħadmu fihom u mexxew il-bordijiet editorjali kaptani ewlenin tal-letteratura Belarussa ta’ diversi ġenerazzjonijiet bħal Rygor Borodulin, Viktor Shnip u Ales Badak.

Rygor Borodulin (1935-2014) huwa poeta, esejist, traduttur. Xogħlijietu jisspikaw bil-varjetà ta’ ġeneri u rikkezza tal-lingwa użata. It-teżori tal-arti folkloristika orali, li ġie indokrat minnhom fi tfulitu, saru ħamrija fertili li fuqha kibret individwalità kreattiva unika. Il-kitbiet tiegħu jikxfu għajn ħaj tas-sbuħija tal-lingwa u l-għerf tal-poplu bit-tradizzjonijiet u d-drawwiet tiegħu. B’kollox ġew ippubblikati madwar 70 ġabra tat-xogħlijiet ta’ Rygor Borodulin. Sar rebbieħ ta’ numru ta’ premjijiet, ingħata ordnijiet u midalji, u kien l-aħħar Belarussu li ngħata t-titlu ta’ poeta nazzjonali (1992). Fl-2006 l-kandidatura tiegħu ġiet inkluża fil-lista ta’ nominati għall-Premju Nobel fil-Letteratura.

Victor Shnip (1960) huwa kittieb, traduttur, awtur tal-kanzunetti. Huwa ukoll l-awtur ta’ aktar minn għaxar kotba tal-poeżija. Għadd ta’ testi poetiċi ġew mużikati mill-gruppi rock tal-Belarus. Sar rebbieħ ta’ numru ta’ premjijiet letterarji u ngħata medalji.

Ales Badak (1966) huwa kittieb, pubbliċist, kritiku letterarju u awtur tal-kanzunetti. Promotur attiv tal-letteratura għat-tfal, wieħed mill-organizzaturi tal-klabb kittieba għat-tfal, jikteb għalihom ħafna poeżiji, stejjer u ħrejjef. Huwa l-awtur ta’ aktar minn għaxar ġabriet ta’ poeżiji. Fil-bidu tad-disgħinijiet kiteb numru ta’ testi poetiċi li ġew mużikati minn kantanti famużi tal-Belarus. Huwa ukoll rebbieħ ta’ numru ta’ premjijiet letterarji, ordnijiet u midalji.

Kif nistgħu naraw skont in-numru ta’ esejs u premjijiet l-edituri ta’ dawn ir-rivisti letterarji mhux biss urew lilhom infushom bħala organizzaturi kapaċi tal-proċessi tal-pubblikazzjoni, iżda taw prova wkoll li huma stess artisti tal-kelma eċċellenti. Hawn xi eżempji tal-kreattività poetika ta’ kull wieħed minnhom.

Ġnien Sigriet   Hemm, fejn il-linja rqiqa tax-xefaq Tgħaqqad is-smewwiet mal-art, Jikber ġnien sigriet fis-skiet U li nafu bih int u jien biss.   Hemmhekk dejjem jilqgħuna anġli Bl-għanja li tinstama’ qisha mill-bogħod. U niġi miegħek fih Biex nadura rkopptejk,   Xofftejk u leħnek Bil-gratitudni silenzjuża Talli huma għadhom qegħdin miegħi Bħas-sema u bħall-art flimkien f’dak ix-xefaq.   X’meravilja dan il-post sigriet! In-nies iħaffu lejn l-għelieqi tagħhom, Imbagħad jiġu lura Imma ħadd ma jara l-ġnien tagħna!   U ma rridu ninsew qatt Quddiem insulti jew xi għajb Li għalina biss qed iħaxwex dan il-ġnien Sakemm jien u int għadna flimkien.     Ales Badak (Traduzzjoni mill-Belarussu ta’ Yana Psaila)  Il-Ġnien tas-Solitudni Eterna   Irrid nibki għax dis-solitudni eterna Nfirxet ġmielha taħt is-sema tiegħi. Minn fuq siġar itir weraq niexef, U minn ħuġġieġa joħorġu xrar u duħħan.   Riħ iqabbad dwejjaq f’dal-ġnien li ntesa, Siġar antiki qishom ħabsin. Ferħ ftit li xejn jinħass f’Novembru, Ngħajjat u nibki biss irrid jien.   Bla kliem nixħet il-weraq lejn il-ħuġġieġa; Telgħin dħaħen li  jmutu fis-sħab, Ħdejn il-ħajt kiber ħafna ħaxix, Sfar u se jibqa’ hemm mejjet għal dejjem.   Nħalli dal-ġnien u mmur lura d-dar Imma serħan mhu se nsibu mkien. Naf li se noħlom biż-żmien meta l-weraq imut, Ċert li se noħlom bil-ġnien minsi u mitluq.   Victor Shnip (Traduzzjoni mill-Belarussu ta’ Yana Psaila)  Rumanz   Stennejtek mir-rebbiegħa sa ma xagħri abjad, Bħal priġunier dejjiem jistenna ż-żerniq. Kultant kont iżżurni f’ħolma ta’ billejl, Imbiegħda bħal kewkba teptipija.   Dort kważi d-dinja kollha nfittxek, U f’kull żagħżugħa skonoxxuta Int, sublimi, kont u ma kontx. U fl-ilmijiet għoljin tax-xmara bil-ħeffa għaddejjin Fir-rebbiegħa, ukoll, kont nara lilek.   Sejjaħtlek imma leħni siket Quddiem sbuħija li sekli sħaħ ma rawx bħalha. Bdejt nimxi warajk bħal dellek, Dlonk qabad igħib dad-dell; Il-kliem t’ammirazzjoni ma baqax jinstema’.   Kont ngħix bis-stennija u għadni nagħmel dan, Nittama li niltaqgħu mank fix-xitwa. Qiegħed inbaxxi rasi bajda silġ U nirringrazzjak ta’ dan il-ħolm taż-żgħożija…   Rygor Borodulin (Traduzzjoni mill-Belarussu ta’ Yana Psaila)  

 P.S.

Fl-2024 l-Għaqda Kittieba Belarussi tiċċelebra d-90 anniversarju. Il-formazzjoni organizzattiva tagħha saret fil-kungress tal-kittieba f’Ġunju tal-1934. L-ewwel president mill-1934 sal-1938 kien Mihas Klimkovich, li kien kiteb l-innu nazzjonali. Mindu twaqqfet sal-ġurnata tal-lum 18-il persuna ngħataw it-titlu tal-kittieba tal-poplu l-poeti tal-poplu tal-Belarus. Ix-xogħlijiet ta’ wieħed mill-fundaturi ta’ dil-Għaqda, Yanka Kupala, ġew tradotti f’aktar minn 100 lingwa tad-dinja. Fiċ-Ċina biss ħarġu aktar minn għaxar rumanzi ta’ Ivan Shamyakin maqluba għaċ-Ċiniżi. Fir-Russja, l-Istati Uniti, l-Iżrael, iċ-Ċina u l-Użbekistan twaqqfu l-monumenti għall-klassiċi tal-letteratura Belorussa Yanka Kupala u Yakub Kolas.

Il-paġna tagħna minn żmien għal ieħor tlaqqa’ lill-qarrejja max-xogħlijiet tal-poeti Belarussi. Nawgurawlhom f’dan l-anniversarju u nifirħu lill-membri kollha u liċ-chairman attwali Ales Karlyukevich. Xewqat sbieħ għal aktar suċċessi u l-iżvilupp ta’ rabtiet fil-qasam letterarju mal-pajjiżi oħra madwar id-dinja.

it-torca-2024-08-04_28-28 it-torca-2024-08-04_29-29

Imbagħad il-Qiegħ

 Imbagħad il-Qiegħ ta’ Murad Shubert

Ma nkun qed ngħid xejn ħażin jekk ngħid li Murad Shubert mhux biss huwa wieħed mill-awturi favoriti tiegħi imma wieħed mill-aħjar poeti f’pajjiżna.  Jolqot l-elementi kollha li jsawru poeżija tajba:  Għażla tal-kelma, iħoss dak li jkunu qed iġarrbu bnedmin oħra bħalna u jirnexxielu b’mod tajjeb iwassal lill-qarrejja dawn il-ħsus b’mod tassew tajjeb.  Shubert jirnexielu jikkomunika, b’mod li l-qarrejja jistgħu jifhmu, mingħajr ma jnaqqas xejn la mil-lingwaġġ figurattiv u lanqas minn dak kollu li għandu xi jwassal, minkejja li huwa poeta minimalisa.

Bejn dak li jsawwarna bħala bnedemin u l-għemejjel tagħna hemm baħar jaqsam.  Jekk inħaffru fil-fond fina insibu xi mkien l-imħabba, t-tjubija, imma kollox ġie mnawwar bil-ħażen u bl-għemejjel tagħna. 

“Fl-imħabba
aħna l-għera.
Ebda libsa
ma tixirqilna” (p.11).

Iżda ma nistgħux ngħixu l-pożittività jekk ningħalqu f’bozza, jekk nagħlqu għajnejna mill-ħruxijiet tad-dinja iżda rridu nduquhom xi ftit.  U dak li qed jipprova jagħmel ftit il-poeta permezz ta’ vrusu.  Fuq din l-istess art li tatna l-ħajja, li għalina hija mislufa, hemm fi nħawi oħra l-bogħod il-biki, l-ġuħ, il-mibegħda. 

Il-poeta jaf tajjeb xi tfisser it-tbatija, għaliex fi kliemu

“…il-gwerer naqqxu f’laħmi
feriti li għadhom ma ngħalqux” (p.14).

Id-“dnub” tiegħu huwa l-onestà; huwa li ma jdoqqx l-istess nota la tad-dittaturi u lanqas tal-kapitalisti li bosta drabi bħal donnu jaħdmu id f’id minkejja li fil-wiċċ jaf ippreżentati kontra xulxin.  Fir-riżultati tat-tnejn li huma nsibu l-kilba għall-flus, l-oppressjoni, b’kawża ta’ gwerer sabiex jiddefendu l-interessi tagħhom u tal-ftit, u l-konsegwenzi jkunu aktar ħruxijiet u l-imwiet.  

L-imħabba hija kbira wisq u mfissra b’bosta metafori bħal fil-poeżija “Ħajran” bħal

“Mhumiex biżżejjed dawk l-ilwien li ħallejtli
Biex inlesti l-pittura tiegħek.
Il-ġmiel t’għajnejk tfiehom kollha”
anke jekk ikompli li huwa “ħajran bejn imħabbtek u t-tluq” (p.23)

Din it-tjubija iżda fil-ġewwieni tal-bniedem hija mjassra mill-istess ħażen tal-bniedem.  Milquta mis-sofferenzi, l-egoiżmu, mid-dittatorjat, mill-kapitaliżmu u oħrajn.  Hemm xenqa għall-ħelsien, għaliex

“Anke fil-faħma
hemm nirien
maħbusa” (p.85).

Shubert iżda ma jiqafx billi jagħraf d-dgħjufija tal- umanità Iżda jħoss ix-xenqa li jġarrab anzi li kieku jista jtaffi mit-tbatija  l-ħażen.

“Jien dakkar tal-imħabba
Naqta’ kull wara miġruħa
Biex insir.
Aroma.” (p.12).

Fi kliem ieħor iħoss dan is-sens ta’ solidarjetà li mhux wieħed superfiċjali.  Jitwaħħad mal-umanità li qed tbati, għaliex iħoss l-istess imrar, l-istess niket.  Għaldaqstant fil-ktieb naqraw dwar it-traġedja ta’ Miriam Pace u kif inhi marbuta mal-għaġla sfretana biex niżviluppaw (p.31), l-immigranti u dawk li qed jippruvaw isibu art li tilqagħhom ­­­­­­­­­­(p.35), s-sofferenzi tal-Alġerini (p.38), ,Abdul li jispiċċa jmut waqt li jkun qiegħed xogħol (p.52), it-trażżin tal-espressjoni ħielsa (p.102).  

Shubert għaldaqstant jistieden lilna l-qarrejja  sabiex nitwaħħdu ma’ dawn il-karattri, nifhmu ftit it-tbatija tad-dinja.

Kif diġa semmejna il-poeżija tiegħu hija konċiża, iħaddem l-ekonomija tal-kliem. 

Nagħlaq bi kliem li nsibu fil-kopertina ta’ dan il-ktieb tal-Professur Adrian Grima:

“Dawn il-poeżiji minimalisti u sorprendenti ta’ Murad Shubert huma bħal balla. Isibuk mill-bogħod u lanqas tkun taf x’laqtek. Taħseb li l-balla tkun għaddiet żbrixx minn miegħek, qisha memorja stramba. U mbagħad tibda tħoss it-tiċrita fil-laħam il-ħaj. Għax bħat-tmiem u l-bidu ta’ Wisława Szymborska, dawn poeżiji li ma jagħmlux kompromessi. Li mhux lesti jċedu mqar ftit mill-forza tal-umanità mġarrba tal-poeta. Bħal balla, għax jitkellmu bil-metafora u bil-kliem li jintqal bejn tnejn min-nies bil-leħen miksur tal-lejl. Imbagħad hemm it-tiċrita fil-laħam il-ħaj. Il-ġesti delikati ta’ bniedem tad-demm u l-laħam li kulma jrid l-imħabba. Diretta u intensa. Li tidħol sa ġewwa nett. U ssewwi l-ħsara.”

it-torca-2024-03-31_28-28 it-torca-2024-03-31_29-29

Traditional Prayers

Church of San Sebastiano Acireale Sicily. Photo taken by myself.

Traditional Prayers

Talb Tradizzjonali

Anima Christi

Soul of Christ, sanctify me.
Body of Christ, save me.
Blood of Christ, inebriate me.
Water from the side of Christ, wash me.
Passion of Christ, strengthen me.
O Good Jesus, hear me.
Within your wounds hide me.
Permit me not to be separated from you.
From the wicked foe, defend me.
At the hour of my death, call me
and bid me come to you
That with your saints I may praise you
For ever and ever. Amen.

Ruħ ta’ Kristu qaddisni
Ġisem ta’ Kristu, salvani.
Demm ta’ Kristu, isqini.
Ilma tal-kustat ta’ Kristu, aħsilni.
Passjoni ta’ Kristu, sabbarni.
O Ġesù twajjeb, ismagħni.
Fil-pjagi tiegħek, aħbini.
Tħallini qatt ninfired minnek.
Mill-għadu ħażin ħarisni.
Fis-siegħa ta’ mewti sejjaħli.
Ġewwa ħdanek ilqagħni,
biex mal-qaddisin tiegħek
inħaħħrek għal dejjem ta’ dejjem. Ammen

Divine Praises

Blessed be God.
Blessed be His Holy Name.
Blessed be Jesus Christ, true God and true Man.
Blessed be the Name of Jesus.
Blessed be His Most Sacred Heart.
Blessed be His Most Precious Blood.
Blessed be Jesus in the Most Holy Sacrament of the Altar.
Blessed be the Holy Spirit, the Paraclete.
Blessed be the great Mother of God, Mary most Holy.
Blessed be her Holy and Immaculate Conception.
Blessed be her Glorious Assumption.
Blessed be the name of Mary, Virgin and Mother.
Blessed be St. Joseph, her most chaste spouse.
Blessed be God in His Angels and in His Saints.

Ikun imbierek Alla.
Imbierek l-Isem Imqaddes tiegħu.
Imbierek Ġesú Kristu, veru Alla u veru bniedem.
Imbierek l-Isem ta’ Ġesú .
Imbierka l-Qalb Imqaddsa tiegħu.
Imbierek id-Demm għażiż tiegħu.
Imbierek Ġesú fis-Santissmu Sagrament ta’ l-artal.
Imbierek l-Ispirtu s-Santu Paraklitu.
Imbierka l-kbira Omm Alla, Marija Santissma.
Imbierka l-Imqaddsa u Immakulta Kunċizzjoni tagħha.
Imbierek it-Tlugħ glorjuż tagħha fis-sema.
Imbierek l-Isem ta’ Marija, Verġni u Omm.
Imbierek San Ġużepp, għarus kastissmu tagħha.
Imbierek Alla fl-anġli u l-qaddisin kollha tiegħu.

The Magnificat

My soul proclaims the greatness of the Lord,
my spirit rejoices in God my Savior,
for he has looked with favor on his lowly servant.
From this day all generations will call me blessed:
the Almighty has done great things for me,
and holy is his Name.
He has mercy on those who fear him 
in every generation.
He has shown the strength of his arm,
he has scattered the proud in their conceit.
He has cast down the mighty from their thrones,
and has lifted up the lowly.
He has filled the hungry with good things,
and the rich he has sent away empty.
He has come to the help of his servant Israel
for he has remembered his promise of mercy,
the promise he made to our fathers,
to Abraham and his children forever.

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej,
u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi,
għax hu xeħet għajnejh
fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu.
Iva, minn issa ‘l quddiem
kull nisel jibda jsejjaħli hienja.
Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar;
qaddis hu l-isem tiegħu.
Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien
fuq dawk li jibżgħu minnu.
Hu wera l-qawwa ta’ driegħu,
xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom.
Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom,
u għolla ċ-ċkejknin.
Mela b’kull ġid lil min hu bil-ġuħ,
u l-għonja bagħathom ‘il barra b’xejn.
Ħa ħsieb Iżrael, qaddej tiegħu,
għax ftakar fil-ħniena tiegħu
– bħalma wiegħed lil missirijietna –
b’riżq Abraham u nislu għal dejjem.

Angelus Prayer

The Angel of the Lord declared to Mary: 
And she conceived of the Holy Spirit.

Hail Mary, full of grace, the Lord is with thee;
blessed art thou among women and blessed is the fruit of thy womb, Jesus.
Holy Mary, Mother of God, pray for us sinners, now and at the hour of
our death. Amen.

Behold the handmaid of the Lord:
Be it done unto me according to Thy word.

Hail Mary…

And the Word was made Flesh:
And dwelt among us.

Hail Mary…

Pray for us, O Holy Mother of God,
that we may be made worthy of the promises of Christ. 

Let us pray:

Pour forth, we beseech Thee, O Lord, Thy grace into our hearts;
that we, to whom the incarnation of Christ, Thy Son,
was made known by the message of an angel, may by His Passion and Cross be brought to the glory of His Resurrection, through the same Christ Our Lord.

Amen.

L-Anġlu t’ Alla ħabbar lil Marija:
U hija saret omm mill-Ispirtu s-Santu.

Sliema għalik, Marija, bil-grazzja mimlija.  Il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù.
Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina, midinbin, issa, u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Amen

 Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej:
Ikun minni skond kelmtek.

 Sliema u Qaddisa. 

U l-Iben t’Alla sar bniedem:
U għammar fostna.

Sliema u Qaddisa. 

Itlob għalina, Qaddisa Omm Alla:
Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħdna Kristu.

Nitolbu:

Xerred, Mulej, fi qlubna il-grazzja tiegħek
biex aħna li bit-tħabbira ta’ l-anġlu għarafna li Kristu Ibnek sar bniedem,
bil-passjoni u l-mewt tiegħu naslu għas-sebħ tal-qawmien.  Bi Kristu Sidna.

Ammen.

Translated as “Oh Mary conceived without sin, grant us the grace to come out of sin without guilt”, is an adaption of the miraculous medal inscription: “Oh Mary conceived without sin pray for us who have recourse to thee”. Photo taken by myself shows the Collegiate of the Immaculate Conception, Cospicua.

Prayer of St Francis

Lord, make me an instrument of your peace:
where there is hatred,
let me sow love;
where there is injury,
pardon;
where there is doubt,
faith;
where there is despair,
hope;
where there is darkness,
light;
where there is sadness,
joy.

O divine Master, grant that I may not so much seek
to be consoled as to console,
to be understood
as to understand,
to be loved
as to love.

For it is in giving
that we receive,
it is in pardoning
that we are pardoned,
and it is in dying
that we are born to eternal life.
Amen.

Mulej agħmilni strument tal-paċi tiegħek.
Fejn hemm il-mibgħeda,
ħallini nħeġġeġ l-imħabba;
fejn hemm il-ħtija,
ħallini nferrex il-mahfra;
fejn hemm id-dubju,
ħallini ndaħħal il-fidi;
fejn hemm il-qtigħ il-qalb,
ħallini nqawwi t-tama;
fejn hemm id-dlam,
ħallini inkebbes id-dawl;
fejn hemm in-niket;
ħallini nxerred il-ferħ.

La tħallix li iżjed infittex li nkun imfarraġ
milli nfarraġ jien;
la tħallix li iżjed jifhimni ħaddiehor
milli nifhem lil ħaddiehor jien;
la tħallix li iżjed ikun maħbub,
milli nħobb jien.

Għax meta nagħtu,
aħna naqilgħu.
Għax meta naħfru,
aħna nkunu maħfura.
Għax meta mmutu,
nqumu għall-Ħajja ta’ dejjem.
AMMEN

Act of Contrition

O my God, I am heartily sorry for
having offended you, and I detest
all my sins, because of Your just
punishments, but most of all because
they offend You, my God, who are
all-good and deserving of all my love.
I firmly resolve, with the help of
Your grace, to sin no more and to
avoid the near occasion of sin.
Amen

Mulejja, Alla tiegħi, jisgħobbija b’qalbi kollha minn dnubieti ta’ ħajti kollha.
Jisgħobbija, Mulejja, għall-ġenna li tlift u għall-infern li irbaħt;
imma fuq kollox jisgħobbija għax regħextek u offendejtek li inti kollok tjieba u ħniena.
Inħobbok, Mulejja, inħobbok fuq kollox.
Mil-lum ‘il quddiem, bl-għajnuna mqaddsa tiegħek,
ma nidnibx qatt u qatt iżjed, u la mmur fejn dari nidneb,
iżda naħrab ukoll dak kollu li dari waqqagħni fid-dnub.
Ammen

O my Jesus (Fatima prayer which is recited in the Holy Rosary)

O my Jesus, forgive us our sins, save us from
the fires of hell; lead all souls to Heaven, especially
those who have most need of your mercy

O Ġesù tiegħi, aħfrilna dnubietna, eħlisna min-nar ta’ l-infern;
ħu l-ġenna l-erwieħ kollha, l-aktar dawk li għandhom bżonn tal-ħniena
tiegħek.

Basilica Cattedrale di Santa Maria Assunta, Messina. Photo taken by myself

–> Lura