Marie-Louise Coleiro Preca President ta’ Malta

Sensiela Bejn Storja u Miti

Editur: Sergio Grech; Pubblikazzjoni: Horizons

Introduzzjoni 

X’kienet l-okkażjoni meta Marie-Louise Colerio Preca spiċċat tgħanni quddiem il-pubbliku? Fejn kienet Marie-Louise Colerio Preca meta ġiet mgħarrfa bl-intenzjoni li hi tkun id-disa’ president tar-Repubblika ta’ Malta ?  Vera li ma xtaqitx il-kariga ta’ President bħal Ugo Mifsud Bonnici?X’rivoluzzjoni rnexxielha twettaq Colerio-Preca f’Ħal Qormi ta’ tlettax-il sena? Min kienu l-alleati politiċi tagħha fil-fora internazzjonali? Kif u għaliex Marie-Louise Colerio Preca rnexxielha tirbaħ anki l-appoġġ tal-Partit Nazzjonalista fin-nomina u l-eżekuzzjoni tan-nomina? U bħala mara kif rnexxielha timponi ruħha mal-Perit Mintoff f’partit iddominat mill-irġiel fis-snin tmenin? U l-Kattoliċi ‘żombi’ ta’ Marie-Louise Colerio Preca min huma u x’funzjoni għandhom fil-pajjiż? U eżattament x’nifhmu meta ngħidu li Marie-Louise Colerio Preca kienet President tal-poplu?

Tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet u ħafna iktar issibuhom fil-ktieb Marie-Louise Colerio Preca Id-Disa’ President ta’ Malta Bejn Storja u Miti; pubblikazzjoni Horizons u editjat minn Sergio Grech. Is-sensiela tkompli mal-pubblikazzjonijiet l-oħra fejn ġew mistħarrġa Duminku Mintoff, Patri Hilary Tagliaferro, l-Avukat Herbert Ganado, il-President Emeritus Eddie Fenech Adami, Mabel Strickland u Monsinjur Victor Grech. 

Għall-ewwel darba qed tiġi analizzata l-perspettiva ta’ Colerio Preca kemm bħala omm privata kif ukoll bħala omm in-nazzjon kif f’dawn l-aħħar snin ġie interpretat ir-rwol presidenzjali. Għall-ewwel darba jinkixfu xi borom dwar is-snin tmenin u kif il-Mintuffjaniżmu kien jaħdem internament fil-partit. Qed titwessa’ wkoll il-lenti fuq ħidmietha fil-GWU u l-qasam tat-trejdunjoniżmu li forsi ftit jafu dwarhom jew jintesew. Aspett ieħor li hu interessanti hu l-analiżi li qed issir dwar il-kuxjenza tal-President. 

Fil-ktieb dwar Colerio-Preca qed jieħdu sehem diversi kontributuri fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Mario Grech, l-Arċisqof George Frendo, il-Prim Ministru Emeritus Karmenu Mifsud Bonnici, il-Prim Ministru Emeritus Lawrence Gonzi, is-Segretarju Parlamentari Chris Agius, il-President Emeritus Ugo Mifsud Bonnici, l-Eks Ministru Louis Galea, Dr Maria Pisani, l-MEP Alfred Sant, Patri Dijonisju Mintoff, l-Ispeaker Emeritus Anton Tabone, l-Aġent President Dolores Cristina, il-Professur Andrew Azzopardi, il-Professur Carmel Borg, Dr Marie Briguglio, Dr Simon Mercieca, il-Professur Carmen Sammut, Dr Marceline Naudi, l-imprenditur Michael Bianchi, il-Professur Stephen C. Calleya, il-Professur Kevin Aquilina, Dr Ruth Farrugia, Sammy Meilaq, l-Eks Kummissarju Għoli għall-Ingilterra Richard A. Matrenza, Helga Ellul u oħrajn. Ma jonqsux ukoll kontributuri internazzjonali fosthom l-Eks President tal-Kosovo. Fost il-kontributuri mary Rose Portelli – għalliema tal-Eks President fil-primarja.   

Fuq kollox il-ktieb fih kontribut mill-għaxar President tar-Repubblika t-Tabib George W. Vella fejn anki joffri analiżi tas-snin 80 – snin diffiċli fl-istorja politika Maltija.  Fil-ktieb hemm ukoll id-diskorsi li l-Eċċellenza Tagħha għamlet f’Jum ir-Repubblika matul il-mandat tagħha.

Bejn Storja u Miti 

Dan huwa s-seba’ ktieb minn din is-sensiela Bejn storja u miti.  Il-kotba kollha f’din is-sensiela kollha jaqbdu ma’ personaġġ u numru ta’ persuni jagħtu l-esperjenza tagħhom dwaru.  Ma niddejjaq xejn nissuġġerixxi li wieħed jakkwista din is-sensiela kollha.  Mhux biss tagħti valur lil-librerija tagħna u ssebbaħha imma żżid ukoll mal-għarfien ta’ pilastri fl-istorja Maltija.  B’dawn il-varjeta’ ta’ karattri, Grech ġa laqat aspetti differenti minn dak li jsawwarna bħala Maltin.  Waqt li fl-ewwel ktieb qabad ma’ politiku li jitfa’ dawl fuq l-istorja politika mill-gwerra sa wara l-ħelsien, fit-tieni ktieb jispikka l-qalb tad-deheb ta’ dan il-poplu rappreżentata minn Mons Victor Grech.  Imbagħad għanda wkoll il-kriżi waqt il-formazzjoni tal-idenita’ ta’ dan il-poplu, jekk nista’ nsejħilha hekk, fit-tielet ktieb ta’ Herbert Ganado li min-naħa tiegħu kien bniedem ta’ prinċipji sodi u ma baxxiex rasu anzi emmen bi sħiħ f’pajjiżna bħala nazzjon.   Fr Hilary Tagliaferro jirrapreżenta kemm il-qasam sportiv kif ukoll dak reliġjuż.  Għandna lil Mabel Strickland waħda mill-ewwel nisa fil-qasam politiku li tirrapreżenta wkoll perjodu interessanti mill-istorja ta’ pajjiżna.   Dr Eddie Fenech Adami huwa eks President, statistika u l-persuna li wassal biex pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni Ewropeja.  

Jekk hemm titlu li xtaqt nagħmel għal dan l-artiklu huwa “Kap tal-Istat”.  Naturalment dan huwa ktieb dwar eks kap ta’ pajjiżi.   Minn dan il-ħsieb pero nislet żewġ kwalitajiet f’din il-persuna li mhux biss iżejnu l-karattru tagħha imma jirrapreżentaw lil pajjiżna:  Il-kuraġġ u l-qalb tajba.  Jidhirli għalhekk li l-President Emeritus tirrapreżenta dawn iż-żewġ kwalitajiet ta’ pajjiżna. 

Mara ta’ kuraġġ 

Il-Pesident Emeritus Marie Louis Coleiro Preca, ngħid jien li tiġbor ħafna minn dawn il-kwalitajiet kollha tal-persuni li diġa ssemmew f’dan il-ktieb.  Statista u mara b’qalb kbira.  

Coleiro Preca hija wkoll statista ta’ kuraġġ li mhux biss ma tibżax tieħu deċiżjonijiet imma wkoll ma tibżax twiddeb għal dak li huwa sew.  Simon Mercieca jgħid li:

“Għalhekk għandha ldan il-kuraġġ.  Anżi għandha l-kapaċita’ li titkellem bla biża’ fil-mument opportun.  Dak li tgħid, tgħidu b’mod ċaru dirett.  Għalhekk il-messaġġ tagħha qed jasal, għaliex kliemha qed ikun assoċjat ma’ din il-kategorija ta’ votanti, li tapprezza l-awtorita’ meta mibnija fuq is-sewwa” (p.99).  

Ta’ min wieħed ifakkar li kif tgħid Carmen Sammut, Coleiro Preca bdiet il-ħidma tagħha fl-1981 wara li l-Partit Nazzjonalista rebaħ dik l-elezzjoni b’50.9% tal-voti iżda inqas siġġijiet parlamentari.  Kien ukoll żmien ta’ riċessjoni internazzjonali u tensjoni mnebbha mill-Gwerra bierda.  “Biex Marie-Louise Coleiro daħlet għal din il-kariga f’dan il-perjodu ċertament li kellha stonku b’saħħtu u deher mill-ewwel li fil-politika ma kinetx sempliċiment għasfur tal-passa. 

L-għaqal tagħha jkompli wkoll fil-ħidma tagħha bħala President.  Anthony Miceli Demajo jgħid kif  “l-introduzzjoni ta’ kontroll rigoruz tal-finanzi u l-introduzzjoni ta’ għodod għal immaniġjar aħjar bħall-indikaturi ewlenin tal-effiċjenza kien ifisser li l-għanijiet qed jintlaħqu” (p.123). 

Fi kliem Richard A. Matrenza: 

“Il-President attwali hija mara qalbiena.  Ġellieda għall-punt.  Mhux aggressiva.  Popolari.  Mhux populista .  Ix-xogħol tidħollu.  Innovattiva” (p.86).  

Mara b’qalb kbira 

Bosta jafu li l-President Emeritus kellha qalb kbira.  Mhux l-ewwel darba li rajna wkoll xi demgħa fuq għajnejha quddiem is-sofferenza ta’ xi persuna. 

Iżda mingħajr ma nnaqqas xejn minn dan l-aspett uman ta’ Coleiro Preca, rrid norbot dan l-element ma’ dak politiku.  Għaliex il-qalb tajba tagħha Coleiro Preca sarrfitha f’impenn biex tara li sseħħ ġustizzja soċjali.  L-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi jfakkar id-dibatti dwar il-liġi li waqqfet lill-MCESD (il-Kunsill-Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali); dik dwar ir-reviżjoni tal-liġijiet tax-xogħol; dik dwar il-Kummissarju tat-tfal; dik dwar id-drittijeit tal-persuni b’diżabbilta’; dik dwar il-qasam tas-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol – u tant dibatti oħra fejn id-DNA soċjali tagħna kien ibaqbaq fuq kull konsiderazzjoni oħra” (p.67).  

L-aspett tal-qalb kbira xtaqt inwaħħdu mal-impenn tagħha li tibqa’ qrib il-poplu. Għaliex Marie Louise Coleiro Preca tħobb lill-poplu Malti.  U dan narawh wkoll fl-impenn tagħha li tqarreb il-Presidenza lejn il-Poplu.  Biżżejjed insemmi l-imbuttaturi li ngħataw lill-Kitchen Garden u l-qrubja tagha mal-pazjenti (p.124).  Dan l-impenn attiv Anthony Miceli Demajo jiddeskrivih bħala parir għalina li fi kliemu: 

“M’għandniex inkunu tajbin biss meta nċemplu biex nagħtu d-donazzjoni tagħna lill-Istrina jew meta nibbukkjaw għar-Rokestra jew meta niġru jew nimxu sal-Belt Valletta fl-avveniment annwali ta’ ġbir ta’ fondi.  Gandna nippruvaw inħobbu lill-ġirien tagħna bħalna nfusna kull ħin” (p.124).  

Konklużjoni 

Bix-xieraq illi l-konklużjoni għal dan l-artiklu nislitha minn dak li qal il-Present attwali ta’ pajjiżna l-Eċċellenza tiegħu Dr George Vella.  

“X’ser jkun l-impatt li se tħalli fuq il-Presidenza?  Iż-żmien jurina hu.  Li naf żgur hu li Marie-Louise għadha mimlija enerġija u konvint li għad fadlilha ħafna x’tagħti lis-soċjeta’, speċjalment lil dawk fis-soċjeta’ tagħna li għandhom bżonn min jgħinhom, min jerfagħhom u min joffrilhom spalla biex jistgħu jgawdu kwalita’ ta’ ħajja aħjar” (p.198).  

Iktar informazzjoni dwar dan il-ktieb tista’ tinkiteb minn fuq 21441604 jew 

bejn baħar u baħar

Awtriċi: Elizabeth Grech; Pubblikazzjoni: Merlin Publishers

Elizabeth Grech kitbet l-ewwel poeżija tagħha fuq biċċa karta fuq is-swar ta’ Hastings, il-Belt Valletta. Kellha tmintax-il sena, u kienet qed toħlom fl-isfond tal-ġmiel tal-baħar u l-ħajja kollha possibbiltajiet mifruxa quddiemha.

Dik il-poeżija spiċċat intremiet ftit jiem wara, fl-isvog ta’ diżappunt ta’ mħabba, imma l-imħabba għall-poeżija baqa’ għaliha minn dakinhar mod kif tesprimi l-emozzjonijiet ta’ qiegħ qalbha.

“Iżda l-kitba dejjem baqgħet fija xi ħaġa sporadika – sa ma xi tliet snin ilu rmajt il-kuraġġ li nfittex il-vuċi awtentika tiegħi,” qalet Grech. U hekk hu li fl-aħħar il-kitba kienet saret mezz għaliha kif toħlom, kif tikkontempla u tisma’ l-mużika tal-kliem.

U r-riżultat ta’ dan kollu hu bejn baħar u baħar, ġabra ta’ poeżiji kontemporanji, miktuba b’eleganza u awtentiċità profondi. F’dawn il-poeżiji Grech taqsam mal-qarrejja l-vulnerabbiltà tagħha fuq suġġetti bħalma huma l-femmininità, l-imħabba, it-telfien, il-ħbiberija, l-identità u s-sbuħija. Ħafna mill-poeżiji huma qosra ħafna, affermazzjonijiet kandidi intenzjonati biex jinqraw b’pass ferm differenti minn ngħidu aħna l-proża.

L-istil ta’ kitba ta’ Elizabeth Grech iġiegħlek tieqaf u taħseb, u timmeravilja ruħek bl-emozzjoni espressa, sa ma l-kliem iwassluk f’post ta’ paċi. Dan probabbli ġej ukoll mill-fatt li l-poeżiji tagħha huma mwielda mill-emozzjonijiet, u li tant jisplodu minn fuq il-karta dritt għal ġo qalb il-qarrej.

Kemm-il darba Grech tqum tikteb billejl. “Spiss inqum, naqbad biċċa karta u nniżżel xi kliem.” L-għada, tagħġen dal-kliem f’poeżija – kull poeżija storja għaliha.

L-ilma huwa l-element favorit tagħha. Fil-fatt, fir-reċensjoni tagħha ta’ bejn baħar u baħar, l-awtriċi ċelebri Clare Azzopardi tgħid: “Xi drabi, dawn il-poeżiji huma kalmi, siekta u saħansitra nebbiexa. Drabi oħra mqallba u mnikkta. Bħall-baħar. Fihom nixtieq nogħdos u nibqa’. ”

            Grech tagħmilha ċara fil-kitba tagħha li l-baħar minn dejjem kien importanti ħafna f’ħajjitha. Is-sjuf ta’ tfulitha qattgħethom fil-baħar blu ta’ Wied iż-Żurrieq li dejjem qieset bħala post fejn “negħreq l-uġigħ u nrejjaq il-ġisem u r-ruħ”.

            Meta telqet minn Malta lejn Pariġi – fejn għall-aħħar 17-il sena ilha taħdem bħala traduttriċi kummerċjali u letterarja – saret iżjed konxja ta’ kemm il-baħar jaf ikun “simbolu ta’ ftuħ, orizzont ta’ possibbiltajiet bla tmiem, u ħolqa ma’ dinjiet oħra”.

Vjaġġ Poetiku 

Dan il-ktieb huwa bħal vjaġġ poetiku: Titlaq minnha nfisha u ħsiebijietha, Hi bħala mara, Hi u uliedha, Hi u l-imħabba, Hi u ħbiebha u Hi u t-tifkiriet.    Il-vjaġġ huwa naturalment wieħed intelletwali pero’ ispirat ukoll kemm minn sitwazzjonijiet li mhux huma personali imma ta’ persuni li ltaqgħet magħhom u anke ta’ bosta vjaġġi barra minn xtutna.   Nifhem li l-ktieb jismu baħar u baħar ixprunat minn dawn il-vjaġġi li l-poetessa tagħmel, għallinqas bejn Pariġi fejn tgħix (għallinqas minn dak li anke nsibu f’dan il-ktieb) u Malta pajiżha.   Imbagħad l-istess titlu jindika anke dan l-idea ta’ vjaġġ spiritwali fejn għandek bidu u tmiem u mbagħad jibqa’ t-tifkira li għall-poetessa tfisser ħafna. 

Il-poetessa u ħsibijietha

Il-ktieb jibda b’poeżiji dwar l-istess ħsibijietha.  Fihom ninnota ċerta kalma imfissra b’bosta metafori bħar-riħ, xemx u l-mewġ u anke l-istess stil li jilgħab parti importanti f’dawn il-poeżiji, fosthom permezz ta’ ritornelli.  Hija tgħidilna:  

“Nixtieq inħares lejn ħsibijieti

Bħalma nħares lejn rixa

Titbandal bilmod lejn l-art” (Novembru, p.8). 

Dawn il-ħsibijiet ma jtaqqluhiex imma tħallihom joħorġu u forsi anke l-istess pinna tagħha tgħinnha tfissirhom anke fi kliem.  Il-poetessa bħal timraħ fi ħsibijietha, tgħarrex ġo fiha u tixtieqhom illi joħorġu (Kliem, p 7).  

Mal-ħsibijiet interjuri hemm ukoll l-artefatti, u l-passi li hija tħalli warajha.  Dawn iħallu l-marka tagħhom fuq il-ħitan (p.10).  

“Dal-ħitan imċappsa 

bir-riħ

Imtaqqba b’tifkiriet

ta’ kull lewn, 

jafuni ta’ taħt fuq, 

ta’ ġewwa barra”  (p.10). 

Naraw anke l-idea taż-żmien, it-traċċi u l-lini tar-riħ.  Nara rabta bejn l-ewwel kapitlu u anke l-aħħar wieħed fejn terġa’ tħares lejn it-tifkiriet.   Huma l-esperjenzi tagħha u anke t’oħrajn imma li hija wkoll esperjenzat għaliex hija dejjem tosserva li sawruha.   Tgħaqqad b’ħila kbira l-imgħoddi mal-preżent.  L-imgħoddi jgħarrafha wkoll dwar il-ġejjieni.  

Il-Mara

Dawn il-poeżiji jiċċelebraw il-mara.   Il-mara li tagħti l-ħajja.  Il-mara li tħobb.  Xi poeżiji fakkruni fi studji differenti tal-femminita’ u tal-mara anke lokalment, fosthom ta’ Pauline Miceli.  Naraw il-bidla, t-transformazzjoni fil-mara li tagħti l-ħajja (p.19) imma xorta tibqa’ sabiħa.   Għaliex wara kollox, 

“ħadd ma jista’ għaiha:

Għandha l-ħolqien

Maqbud bejn dirgħajha” (p. 19).  

It-tbatija tal-mara li tagħmel dan b’tant imħabba, terġa’ tmur lura għall-ħajja normali tagħha.  Terġa’ tmur lura fuq ix-xogħol wara dak kolu li tkun għaddiet minnu.  

“Riġlejja jġorru ljieli bla rqad” (ġildtek mitbugħa fuq ġismi, p. 21). 

L-esperjenza mat-tfal, bħal rakkont.  Tispjega lit-tifla dak li huwa diffiċli tifhem:

“U jien nafa kif se nfiehmek

Li fil-ħarifa, 

Pariġi titniegħes fil-griż” (p.24). 

Imnebbha wkoll mit-tempji tagħna fejn insibu l-mara tal-fertilita’ (Tfakkarni f’Marlene Saliba).  Il-mara r-rieqda (p15) hija simbolu tal-fertilita’ pero għandha rabta wkoll ma’ Malta u għalhekk hawnhekk għandna 

Imbagħad l-awtriċi tkompli billi titratta l-femminita’ f’kapitlu ieħor li jħares lejn l-esperjenza tagħha bħala omm.  Hawn insibu waqtiet ħelwin ħafna u l-impenn anke tal-omm.  Kif għidt qabel f’din il-ġabra bħal tisma’ t-tħaxwix tal-weraq, titpaxxa biż-żiffa tar-riħ, tistrieħ fuq il-mewġ tal-baħar.  L-awtriċi twasslilna din il-kalma.  Pero’ jidher li din is-serenita’ għaddietha wkoll lill-uliedha.  Anke meta dawn ma jistgħux jorqdu. 

“Ibni, 

għodd iż-żkuk li ssib 

fit-triq lura mill-iskola, 

għodd iċ-ċagħaq u l-arzell

mimli bl-għanja tal-baħar” (ix-xemx torqod fil-baħar, p30)

Poeżija ta’ Mħabba

Parti kbira minn din il-ġabra hija dedikata għal poeżiji ta’ mħabba.  Dawn għandhom jolqtu lill-qarrejja għaliex il-poeżija ta’ Grec hija waħda diretta, bil-messaġġ fil-wiċċ għalkemm mhux nieqsa la mill-metafora u lanqas mill-profondita’.   L-imħabba tfissirha bl-aktar mod qawwi, b’metafori sbieħ li fihom infushom se jdaħħlu lill-qarrej fl-istess esperjenza sentimentali. 

“U għidtli

li jien il-kulur aħmar tiegħek; 

u jien għidtlek 

li int il-kuluri kollha

li jħellu f’għajnejja” (ħabbejtni, p.36). 

L-imħabba narawha f’sitwazzjonijiet differenti  bla ma tibdel it-tifsira tagħha.  Dawn huma ispirati mill-vjaġġi tagħha stess jew li tkun semgħet (Eżempju ramallah,  p. 39).  Tagħraf il-bżonn tal-imħabba fin-nuqqas tagħha.  U dan mhux biss fil-għawġ imma anke fi kwalunkwe mument ta’ firda, ngħidu aħna minħabba xogħol.  Il-firda Grech tiddeskriviha b’metafori qawwija, saħansitra fl-użu tal-konsonanti qawwija f’kuntrast ma’ dawk rotob li jfissru l-waqtiet ta’ mħabba fil-poeżija eric satie -1. Lento, (p.46)

“Dar-riħ imgħaddab

irid imiegħek l-art u kollox magħha, 

kilba mrażżna wara raqda twila. 

Illum.”

Għandna b’mod ċar bejn “ilbieraħ” fejn kien hemm l-hena u llum imfisser bħala “tgerbibt fiż-żrar” (p. 46) 

F’dan il-kapiltlu tlaqqgħana wkoll ma’ sitwazzjonijiet ħelwin fosthom ġibda emozzjonal lejn persuna waqt xi konferenza (p.51). Laqatni ħafna l-mod kif tiddeskrivi l-mument ta’ firda bil-metafora tal-metro (p.57), forsi hawn irrid nistqarr anke l-għażla preferenzjali tiegħi billi jien użajt il-metafora tal-ferrovija f’poeżiji tiegħi għalkemm mhux f’dan il-kuntest ta’ mħabba. 

Tifkira

It-tifkrira hija bil-wisq importanti għall-Grech tant li kważi tibża’ li titlifha.  

 “Hemm biss skiet leħenek

Inemnem ġo fija. 

U wisq nibża  li ninsieh.” (p.81)

Kif għidt aktar ‘il fuq it-tifkira hija parti mill-identita’, minn dak li sawwarha kemm jekk direttament u kemm jekk permezz ta’ diversi inkontri li hija għamlet.   Naraw kif pereżempju l-waqtiet ta’ firda fejn hija bħal tagħmel sforz biex ma tibkix (p.77). 

Issemmi fit-tul l-imħabba tal-omm pero’ ma tnaqqas xejn mir-relazzjoni bejn missier u ibnu (p.90).  

Konklużjoni mill-Pubblikaturi 

            bejn baħar u baħar huwa pubblikazzjoni Merlin Publishers, parti minn inizjattiva tagħhom li jħeġġu l-esplorazzjoni tad-dinja tal-poeżija. “Spiss nimmaġinaw il-poeżija bħala xi ħaġa mħarbxa fuq xi parċmina minn xi filosfu mitluf f’nofs deżert jikkontempla l-umanità,” qal Chris Gruppetta mill-Merlin. “Bl-istil aċċessibbli tagħha, Elizabeth tbiegħed din l-awra ta’ xi ħaġa astratta u mbiegħda, u turina kif il-poeżija taf tkun xi ħaġa tagħna u viċin tagħna.”

bejn baħar u baħar jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew direttament minn merlinpublishers.com

Paġna Letterarja It-Torċa, 16 ta’ Ġunju 2019

Iben id-Dell

Awtriċi: Helen Borg
Pubblikazzjoni: Horizons

Il-kitba tar-rumanzi storiċi evolviet b’mod interessanti ferm f’pajjiżna u filwaqt li żammew l-istess karatteristiċi, qed ninnutaw fihom stili li aktar jirriflettu ż-żmien tal-lum.  

L-istorja titratta dwar tfajla jisimha Marija li fi dwejra ċkejkna, ltaqgħet mal-imħabba ta’ ħajjitha u minnha nibtet storja li baqgħet sejra għal aktar minn ħamsin sena. L-istorja hija ambjentata fl-1940 meta d-dinja kienet qed tiffaċċja waħda mill-agħar gwerer li qatt rat l-istorja. 

Marija toħroġ tqila qabel iż-żwieġ.  Il-familja tagħha ikunu irrabjati ħafna magħha imma bl-għajnuna ta’ qassis li jkun jaħdem fil-parroċċa tagħhom, Marija tmur tgħix ma’ familja Ħal Tarxien sa ma twelled it-tarbija.  Hawnhekk tinbet saga ta’ familja fi żmien l-imgħoddi 

 Fl-isfond tal-istorja tagħha, it-tieni gwerra dinjija tiħrax sew. Meta jitwieled it-tifel (ĠoĠo) tkun se tieħdu l-istitut imma il-familja fejn tkun welldet tirrifjuta u jrabbu lit-tifel huma. L-istorja tinqasam fit-tnejn, fuq naħa Marija li jkollha titgħallem tgħix ħajjitha mill-ġdid u fuq in-naħa l-oħra, it-tifel. Filwaqt li Marija tiżżewweġ u jkollha ulied oħra, Ġoġo jimrad bil-poljo u jgħaddi minn perjodu diffiċli ħafna f’ħajjtu. Il-ħajja ta’ Marija ukoll tieħu xeħta kerha meta titlef lil żewġha f’eta żgħira. Tiġġieled kontra s-soċjeta u tibqa’ ma tiżżewwiġx biex tkun tal-maħbub tagħha li kien ukoll missier Ġoġo. Ġoġo jitlef lil ġenituri addottivi tiegħu ta’ eta tenera imma jibqa jieħu ħsiebu Pawlu li kien ħuħ tar-rispett. Meta jikber isir iħobb tfajla li wara ftit niskopru li kienet fil-fatt oħtu mill-istess omm. Jinnegawlhom li jibqħu jiltaqgħu mingħajr ma jagħtuhom raġuni. Jgħaddi ż-żmien u Ġoġo jiltaqa’ ma’ tfajla minn Ħal Tarxien stess u jiżżewwiġha. Meta jkollu l-ewwel iben tiegħu, imur biex jurih lil ommu imma jispiċċa jagħtiha tgħajjira. Ħajjithom tibqa’ għaddejja sa ma Ġoġo jaqbdu kanċer u jmut qabel ma jagħlaq ħamsin sena. Malli tisma’ b’dan l-aħbar Marija, tieħu kedda kbira wisq u tibqa’ sejra sa ma tmut hi wkoll. Fil-funeral tagħha, it-tfal ta’ Marija isiru jafu b’ħuhom il-kbir, imma sadanittant ħadd ma jkun jaf min hu l-missier. Ftit wara li tindifen Marija, il-mara ta’ Ġoġo tirċievi ittra mingħand avukat b’informazzjoni dwar fejn hu midfun missier Ġoġo. Flimkien mal-mara ta’ Pawlu, imorru ifittxu u hemm isibu lill-Dun Anard midfun li kien il-qassis li kien għen u ħa ħsieb lil Marija tul ħajjitha.

Helen Borg twassal messaġġi sottili permezz tal-ħila lingwistika tagħha sbieħ ferm.  Nieħdu eżempju l-istess użu tad-dell.  Naraw kif Maria tmur tgħix fid-dell għad-dawl ta’ siġra.  Id-dell tas-siġra li jaħbi wiċċ il-maħbub tagħha.   Il-kitba hija mexxejja u l-kapitli huma qosra u jinbidlu malajr.  l-awtriċi tati ċerta dettalji tal-epoka interessanti mmens u tal-ħajja rustika.   Waqt li żżomm il-ktiba nadifa u tappella għal udjenzi varji Borg ma toqgħodx lura minn deskrizzjonijiet ftit espliċiti fosthom intimita’ sesswali, kif ukoll dawk emozzjonijiet qawwija bħal ngħidu aħna omm li mhux kapaċi tgħannaq lit-tfal tagħha stess u ngħid jien anke dawk id-deskrizzjonijiet kemxejn skomdi li jagħtu valur lill-ktieb għax talbu wkoll riċerka min-naħa tal-awtriċi .  Fost l-istil partikolari ta’ Borg jolqotni l-mod kif l-affarijiet jidhru mod u jkunu mod ieħor pero jkun hemm affarjjiet oħra li forsi ma nafuhomx u l-awtriċi tħallihom mistoqsija. 

Mill-istorja wieħed jinseġ ukoll bosta temi interessanti li huma relevnti għaż-żmien tal-lum.  Eżempju l-fatt li Marija flimkien mas-sieħeb tagħha ġġieldu kontra s-soċjeta’ ta’ żmienha.   Għandna l-element tat-tqala barra ż-żwieġ.  

Nistqarr li għall-ewwel dawn iż-żewġ kotba rajthom wisq għaż-żmien qasir illi kelli.  Pero’ meta bdejt naqra, tant huma miktubin b’mod mexxej u tant dħalt fl-istorja u ssaħħart bid-dettalji li din l-awtriċi tidħol fihom li ma tlaqtx dal-kotba minn idi.  U għad għandi bosta kurżitajiet li nixtieq nerġa’ ngħarrex forsi nsib soluzzjoni għalihom.  

Mar-Ritmi tal-Baħar

Awtur:  Charles Bezzina

Nhas-Sibt 4 ta’ Ġunju 2016 fis-7pm f’serata organizzata mill-Ministeru għal Għawdex u l-Uffiċju tal-Kultura flimkien mal-Għaqda Poeti Maltin ġie mniedi l-ktieb ta’ Charles Bezzina “Mal-Ħmura tax-xefaq”.    Il-qoxra ta-ktieb turi stampa sabiħa tax-xemx fuq ix-xefaq u l-baħar, żewġ metafori li Bezzina juża bosta drabi.   Il-baħar huwa l-metafora ċentrali fil-ġabra l-ġdida ta’ poeżiji ta’ Bezzina, “Mar-Ritmi tal-Baħar”.  Ir-ritmi tal-baħar huma dawk li jfissru l-ħsus ġewwiena tiegħu f’sitwazzjonijiet differenti tal-ħajja.  Ir-ritmu ta’ esperjenzi u dak li ġarrab il-poeta jinħass f’dan il-ktieb daqs ir-ritmi tal-poeżija, il-mużikalita’ li tpaxxik bil-ħsejjes tagħha.    

Il-ħajja titbandal bħal pendlu minn sitwazzjoni għall-oħra.  Fil-poeżija “Dan is-silġ u din il-borra” (p.37) dan ifissru b’bosta kuntrasti fosthom “dan id-dawl, u din id-dalma”, s-silġ u l-borra u fl-istess ħin is-skiet u s-solitudini.   

Hekk kif inhu l-istil tiegħu, f’din l-ġabra wkoll Bezzija jagħżel li jħaddem metrika u prosodija tipikament tradizzjonali partikolarment il-vers ottonarju.  Madankollu nipprova rrażżan lili nnifsi li niddeskrivi lil Charles Bezzina bħala poeta tradizzjonali u nidentifikah biss mal-istanza, r-ritmu u r-rima.  Huwa minnu li l-għażla ta’ Bezzina taqa’ l-iktar fuq il-prosodija u l-metrika tradizzjonali, mela regolari, bid-dixxiplina kollha li ġġib magħha.  Imma hawnhekk għandna wkoll poeżija impenjattiva, intellettwali u ġabra riflessiva daqs kemm hija innovattiva.  Ħarsa ħafifa, wara r-ritmi differenti tal-ħajja, wieħed jintebah ukoll bil-mod kif il-burdati huma impoġġiha f’din il-ġabra.  Lejn l-aħħar bħql donnu jħares lura lejn l-istess 

Quddiemna għandna ġabra ta’ poeżiji li minn waħda għal oħra donnu hemm rabta kif spjegajt li jfissru burdati differenti.  Hemm mixja li ġġgħalna nħarsu kemm ġewwa fina kif ukoll madwarna.  M’hemmx dubju li influwenzat minn dak kollu li sawru fosthom art twelidu Għawdex, b’numru ta’ poeżiji fosthom “Meta waqgħet it-tieqa tad-dwejra” (p.88), “Ċitadella” (p.124).   Il-poeta jħares madwaru u japprofondixxi dak li jkun ra.  It-tjubija tiegħu, ix-xenqa għas-sempliċita’ jesprimiha fl-aspetti soċjali ta’ madwaru.  Hemm l-aspett uman u l-aspett nisrani.  Għaldaqstant ma nħossx li nkun qed nagħmel ġustizzja mal-awtur li naqbad biss ma’ temi sporadiċi  għaliex kull waħda minn dawn hija bħal ħolqa li torbot mal-oħra.   

Il-poeżija “Il-ħsieb hu fosdqa” (p.98) pero’ tislet tliet temi komuni f’dan il-ktieb (il-ħsieb, il-qalb u r-ruħ).  

“Il-ħsieb hu fosdqa żgħira

ta’ dudu tal-ħarir , 

li malli joħroġ barra, 

iħalli l-art u jtir” 

Il-poeta huwa ħassieb, osservatur li jgħarrex fil-profond.  L-għajnejn tiegħu jaraw anke l-qalb (p.35), jifhem il-ferħ daqs kemm jifhem id-diqa.  U għax jista’ jifhem il-mumenti iebsa, (“il-baħħ ta’ ħbub għajnejk”) iħobb b’mod ġenwin. 

L-imħabba għal Bezzina hija fjamma li ma tmutx.  

“Merżuq vjola jqanqal moħħok 

B’nostalġija u tifkiriet, 

Jgħumu fil-menti tal-imgħoddi 

F’daqqa jrednu l-ħsibijiet” (p.38)

Imma waqt li jixtieq imur lura fiż-żmien, mhuwiex biss nostalġiku imma jixtieq li Jqanqal l-entużjażmu tal-imgħoddi biex jibqa’ miexi fil-ġejjieni.  Huwa jgħidilna “Qabbadha dik il-fjamma tal-imgħoddi ħa nafa f’dawk l-inħawi mudlama” (p.127).  

Il-poeta jħobb u jħobb immensament.  Pero’ ma jistax jagħmel dan jekk ma jħobbx lilu nnifsu, jekk ma jsibx ħin għalih innifsu.  Il-qalb tal-poeta wkoll trid il-mistrieħ.  

“Illum ħallejt ‘il qalbi

xi mkien fuq tarf l-għoljiet

biex tilma kif il-qamar

b’dijietu jarmi s-skiet” (p.105).

Ir-ruħ tal-poeta tfittex is-sempliċita’ u l-ġenwinita’ .   Fil-poeżija “Allat” (p.125) jgħidilna li “Mimlja d-dinja kollha b’alat qawwija, kbar”  pero meta “tiġi s-siegħa tagħhom”.  

It-tliet aspetti msawra fq ir-ruħ, il-qalb u l-moħħ narawha wkoll fil-poeżija “Il-Bieraħ ġewwa ruħi” (p.132).  

Minkejja din ir-rabta li ppruvajt nibni, rrid ngħid li kull poeżija teħtieġ ħsieb dwarha.  Nieħu gost nirrakommanda l-poeżija ta’ Charles Bezzina anke għal dawk li mhux tant midħla tal-poeżija.  Bla dubju ta’ xejn hawn għandna eżempju tajjeb ta’ poeżija u wieħed mill-ftit li jikteb bil-vers tradizzjonali.  Nissuġġerixxi li wieħed anke jaqra l-istudju tal-Professur Charles Briffa fil-bidu ta’ dan il-ktieb. 

Dan il-ktieb ġie ppubblikat bl-għajnuna ġeneruża tal-Bank of Valletta. 

Framed

Maria Grech Ganado

Pubblikazzjoni: Merlin

Maria Grech Ganado hija waħda mill-aktar poeti lokali li tista’ titqies bħala eżempju tajjeb tal-poeżija bil-lingwa Ingliża.  Ma rridx niftiehem ħażin:  L-elementi lokali u l-karattru Malti xorta huma infilsati fi Grech Ganado u fil-poeżija tagħha f’dan il-ktieb.  Iżda l-awtriċi mhux biss għandha ħakma tajba tal-lingwa Ingliża imma anke tal-istil kontemporanju Ingliż.  Grech Ganado mhijiex biss mgħarrfa tajjeb minn stili letterarji iżda wkoll minn sorsi filosofiċi, kurrenti ta’ ħsieb differenti u għejjun letterarju ieħor.

Il-kapitli ta’ dan il-ktieb huma bħal perspettivi differenti b’kull poeżija bħal lenti li tħares fid-dettal lejn xi tema tal-ħajja.  Nieqes minn werrej għall-poeżiji u anke studju tal-istess poeżiji li lokalment imdorrijin biha (u personalment naqbel mal-awtriċi imma dwar dan is-suġġett xi darba forsi nieħu diversi fehmiet oħra).  In-nuqqas ta’ werrej huwa wkoll kurjuż, forsi biex jistedinna nimxu ma’ Grech Ganado f’dawn il-kuriduri intelletwali u naraw dawn ir-“ritratti” u artefatti differenti tal-ħajja.  Xi wħud jitrattaw temi aktar astratti imma l-awtriċi b’ħila kbira esprimiet fi kliem.  L-ewwel ritratti fil-fatt huma interpersonali u jistednuna nħarsu lejna nfusna.   

Fil-fehma tiegħu, ħarsa lejn dan il-ktieb tibda minn vjaġġ interpersonali, għal ambjent soċjali u anke dak qrib ħafna tagħna.  Imbagħad tkompli bil-“mixjiet tagħna” f’numru ta’ postijiet inkluż f’Malta.  Iżda s-sekwenza għalkemm b’mod simplistiku ngħid li hija lineari, Grech Ganado kull darba qiegħda tirrifletti u tanalizza u għaldaqstant qisna qed nerġgħu mmorru lura.  U dan il-fatt jiddistingwi l-poeżija ta’ Grech Gando minn sempliċiment poeżija soċjali, jew poeżija dwar l-ambjent, jew awtobijografika.  Anke poeżija soċjali hija awtobijografika għaliex fiha toħroġ l-identita’ personali.  Iżda sabiex nimxi ma’ din is-sekwenza forsi ngħid li l-vjaġġ jibda minn ħsieb xprunat mill-filosofija ta’ Heidegger, Ii jipprovdi genealogija tal-modi ta’ possibbiltajiet diversi tal-esseri.  L-identita’ tagħna sikwit taħbat ma’ ċirkostanzi fil-ħajja.  Il-“jum” (p.14 huwa iebes daqs kemm hi iebsa l-ħajja li magħha nikkumbattu.  Dak li hu mehud bħala parti mir-rutina, bħala parti mill-ħajja, fil-poeżija ta’ Grech Ganado huwa deskritt permezz tal-isforz li wieħed jaġixxi u jkompli mal-ħajja ta’ kuljum b’mod terrieħi anke jekk diffiċli.  Dan hu mfisser tant tajjeb tant li fil-poeżija tinħass l-għejja, sa kmieni filgħodu fejn suppost tkun straħt u qed tħares ‘il quddiem fil-ħajja.  L-awtriċi ħasset li kellha tfisser aħjar il-filosofija tagħha u l-kunċett ta’ dan il-ktieb permezz tal-poe-proża (storja li tinqeda bil-metafora,  “Inside William (1991)”  (p.16).  Ir-raġuni (Bill) u l-immaġinazzjoni (Will) jħarsu lejn tliet twieqi tad-dar William.  Huma tliet dimensjonijiet tal-ħajja  Waqt li r-raġuni tħares lejn lejn dak li hu aktar tajjeb u aktar ħażin, l-immaġinazzjoni ma tiġġudikax .  It-tielet tieqa mill-banda l-oħra, l-(X-traordinary), li lanqas Will ma seta’ jiddeskrivi u kien jarha bħala msaħħra. 

Ir-riflessjoni li tagħmel il-poetessa (p.40) tmur lil hinn minn sempliċiment tagħrifa dwar teżori f’mużew.  Fil-fatt tosserva fid-dettal il-pittura (eżempju p.45) daqs kemm tosserva l-istess esperjenzi tal-ħajja li tiddeċiedi li tikkwadra.  Mil-pittura toħroġ ukoll riflessjonijiet tagħha u r-riflessjonijiet awtobijografiċi tagħha ssaħħaħhom permezz tal-letteratura u l-kultura.  Saħansitra l-Ietteratura Biblika hija ispirazzjoni. 

Ir-relazzjonijiet ta’ bejnietna tfissirhom b’diversi eżempju metaforiċi naturalment, li kollha juru l-impatt li fl-aħħar mill-aħħar nistgħu nħallu fuq xulxin (p.45).  Hekk, koppja jħallu impatt fuq xulxin li mbagħad jgħadduh lit-tfal.  Fl-aħħar mill-aħħar dawn il-valuri li nkunu għaddejna, anke meta jgħaddi ż-żmien u forsi ma nibqgħux li aħna (ngħidu aħna saħħitna tmur lura), dawn il-valuri jibqgħu hemm.  Dan hu l-frott li nkunu żrajna.

Fost il-kwadri nsibu wkoll dawk lokali, eżemju tad-dwejra.  Nitpaxxew bil-pajsaġġ Malti.  L-aspett soċjali, kif għid qabel, ma jonqosx.  Titnikket dwar is-sitwazzjoni tal-immigranti (p.123). Daqs kemm titnikket b’kull telfa umana bħal ngħidu aħna dik naturali (p.120).  Tirrabja wkoll għal qerda ambjentali.   Iżda li jiddistingwi dawn il-poeżiji huwa li Grech Ganado tħaffer fil-fond.  M’hemm xejn superfiċjali.  Għandna qrubija bejn il-jien u s-soċjeta’.  Issib il-qawwa fiha nfisha.   Il-materjaliżmu, l-konsumiżmu jsawru d-dinja u parti integrali mal-għira u l-għatx għall-poter.  Quddiem dan kollu l-istess ħolm tat-tfulija jgħib (p.128).  Il-ħajja tgħallmek mod ieħor.  Forsi nazzarda ngħid li l-istess ġenwinita’ tiġi mtappna. 

Dawn huma poeżiji li jirriflettu maturita’ kbira.  Grech Ganado tinqeda b’diversi stili letterarji differenti.  Insibu l-ħajku fost oħrajn (p.82).  F’xi wħud ninnutaw ir-rima u anke ċerta mużikalita’.  Xi vrus oħra jħeġġu aktar għar-riflessjoni u oħrajn jgħinu biex il-qarrej jistħajjel ix-xenarju.  Waqt li din il-ġabra hija waħda tematika naraw ukoll diversita’ fis-suġġetti magħżula, u kull darba jinħass din ir-rabta bejn il-personali u s-soċjali.  Il-preżentazzjoni ta’ ktieb ċertament mhux superfiċjali għal pubblikatur u nosserva d-daqs li jagħmilh faċli li wieħed iġorr dan il-ktieb.  Il-livell ta’ poeżiji lokali qiegħed dejjem jogħla pero tajjeb ukoll li ninfatmaw ftit mill-poeżija li soltu naqraw u nimirhu anke fi stili ġodda, anke jekk huma wkoll imsawrin mill-aspetti lokali.   Waqt li għandi riservi għal studju letterarju infilsat fil-ktieb, u għalhekk naqbel mal-għażla tal-awtriċi jew tal-pubblikatur f’dan il-ktieb li dan iħalluh barra, dawn huma poeżiji li ċertament jistħoqqilhom u jeħtieġu studju li nixtieq li nara aktar ‘il quddiem. 

Nitkellmu ma’ Charles Casha

F’isem it-Torċa ltqajt ma’ Charles Casha (1943 – ) biex niddiskutu l-50 sena ta’ kontribut li tana bi stejjer għal kull eta’.  F’dawn il-50 sena ħoloq diversi karattri magħrufa fosthom Fra Mudest.   Charles Casha ħadem fil-qasam tal-edukazzjoni.  Fl-2012 Casha ġie onorat bil-Midalja Għall-Qadi tar-Reppubblika.  Fl-2013 huwa ngħata wkoll Ġieh Ħaż-Żabbar mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar. Fl-2014 huwa ngħata apprezzament mill-Għaqda Storika Kulturali Marsa għall-ħidma fil-qasam tal-letteratura Maltija. 

1. F’dawn il-50 sena inti tajtna bosta kotba: nibdew minn Fra Mudest li miss qalb kull tifel u adult, kotba għall-adolexxenti, għax irrid ngħid li inti kont wieħed minn tal-ewwel li tajtna kotba għal din l-età wkoll, u anke għall-adulti.  Nixtieq li l-qarrejja jifhmu li diffiċli nitkellmu dwar il-kotba kollha tiegħek u f’isem il-Paġna Letterarja tat-Torċa rrid nibda billi ngħidlek qabel xejn GRAZZI. 

Xtaqt nistaqsik fil-fatt kemm ippublikajt kotba u xtaqt ukoll nibda bil-ktieb “Jien ukoll għandi storja xi ngħid”, l-awtobijografija tiegħek.   X’wasslek għal dan il-ktieb li wara kollox jirrakkonta dak li sawwar lilek illum? 

T. Qabel xejn nixtieq nirringrazzjak ta’ din l-opportunità u nsellem lill-qarrejja ta’ It-Torċa. Tajjeb li ngħid li l-ewwel pubblikazzjoni tiegħi fl-1968 L-Għalqa fuq il-Għolja kienet tagħmel parti mis-sensiela Librerija Popolari – It-Torċa (nru 16).

Dwar in-numru ta` pubblikazzjonijiet, jekk tgħodd edizzjonijiet ġodda, addattamenti u traduzzjonijiet tal-kotba tiegħi, in-numru jlaħħaq 83. 

Domt ħafna intella` u nniżżel jekk kellix nikteb l-awtobijografija tiegħi, imma wara ħafna inkoraġġiment mill-ħabib tiegħi Sergio Grech (li wara għamilli daħla għaliha) bdejt niktibha. Ktibtha biex inħalli rigal-tifkira lil dawk li jiġu warajja u nerġa’ ngħix il-passat fi vjaġġ li qanqal ħafna tifkiriet sbieħ u koroh. Wara kollox il-kotba tiegħi (rumanzi, stejjer qosra u poeżiji) huma vjaġġ kontinwu li jibda minn nixxiegħa f’qasma fil-blat sa ma jintemm f’baħar fond.

2. “Papers in a tin box”, wieħed mill-aħħar kotba li inti ħriġt.   Irrid ngħid ukoll li laqtitni ħafna l-qoxra bil-kaxxa tal-landa fuqha. Dan huwa verżjoni bl-Ingliż ta’ “L-Appartament fir-Raba’ Sular” li ħareġ fl-2004.

Dwar dan il-ktieb ovvjament ser nistaqsik, imma xi jfisser għalik li dan il-ktieb tiegħek sar bl-Ingliż? Taqbel miegħi li ta’ min ifaħħar ukoll hawn il-biċċa xogħol kbira li għamlet Joan Mallia li ttraduċiet il-ktieb.

T. Din kienet ħolma li fl-aħħar saret realtà. Iva, Joan Mallia u l-editur tal-ktieb, Martin Bugelli għamluli biċċa xogħol eċċellenti. Ta’ min jgħid li verżjoni tal-istess ktieb dalwaqt tkun ippubblikata fl-Albanija, bl-Albaniż, bl-isem “Apartamenti në katin e katërt.” Dik il-kaxxa tal-landa li hemm fuq il-qoxra tal-ktieb darba kienet t’ommi u fiha kienet iżżomm il-ftit ritratti li kellna d-dar. Il-kaxxa għadha għandi u memorja tagħha. Huwa importanti li l-letteratura tagħna tinqaleb f’lingwi oħrajn u tkun esportata barra minn Malta. Il-fatt li dan ir-rumanz jista’ jinqara bl-Ingliż u bl-Albaniż, huwa ta’ sodisfazzjon kbir għalija għax il-kitba tiegħi m’għadhiex magħluqa f’din il-gżira ċkejkna tagħna.

3. “L-Appartament fir-Raba’ Sular”, ktieb li niżel tajjeb ħafna bħala ktieb għall-adulti u anke rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-ktieb.   Wieħed mill-istili tiegħek li ninnota f’dan il-ktieb huwa li tibni ċerta climax, eżempju li wieħed jista’ jaħseb, li Samwel huwa l-protagonista prinċipali tal-ktieb pero mbagħad jiżvolġu karattri oħrajn. Forsi nżid ukoll l-element tas-suspans. Għandna l-kaxxa tal-landa, it-tifel li jgħix waħdu, mara misterjuża li ċ-ċirkostanżi jlaqqgħuhom flimkien eċċ.  X’tgħidilna dwar dan l-istil?  U ma nafx taqbilx miegħi kieku kelli ninterpretah bħala rumanz psikoloġiku fejn naraw kif in-nies iġibu ruħhom ma’ xulxin. 

T. Jiena nagħti importanza kbira lill-karattri u ħafna drabi kollox jibda minn karattru wieħed u minnu tibda tiżvolġi l-plott u aktar tard jidħlu karattri oħrajn. Is-suspans inħobb nużah għalkemm mhux dejjem issibu fil-kotba tiegħi. Inħobb li fl-aħħar tal-istorja ngħaqqad kollox flimkien. Fil-kitba tiegħi nħobb immur mill-preżent għall-passat u lura. Dan huwa rumanz psikoloġiku li jittratta żewġ temi importanti: id-deċiżjonijiet li nieħdu fil-ħajja, li ħafna drabi jħallu konsegwenzi negattivi jew pożittivi fuq ta’ madwarna. Tema oħra hija l-għatx għall-imħabba taħt diversi forom. 

4. Karatteristika oħra li ninnota f’dan ir-rumanz huwa li toħloq paralelliżmu bejn żewġ stejjer u fl-aħħar mill-aħħar ser iwasslu għall-istess ħaġa li nista’ noħroġ ir-riflessjonijiet tiegħi ukoll li inti bħala awtur tixtieq tara dinja aħjar.  Jien jolqotni ħafna kif għandna lil Samwel fis-solitudini tiegħu u għandna mill-banda l-oħra wkoll lill-Kristina fid-dar tagħha.  Forsi nakkuntentaw aktar bl-affarijiet sempliċi tal-ħajja? 

T. Is-solitudni hija kerha imma xi kultant isservina ta’ fosdqa biex inħossuna aktar fi żgur u `l bogħod minn kull periklu. Nibnu ħajt għoli madwarna biex ħadd ma jippenetra l-privatezza tagħna. Però jibqa’ l-fatt li kultant is-sempliċità fil-ħajja tista’ tagħtina l-paċi u s-serenità. Jiddependi xi jkunu l-aspirazzjonijiet tagħna fil-ħajja.

5. Taħseb irridu naħdmu attivament, Charles biex inżommu ħajja l-imħabba? Fil-ktieb naraw dik ta’ Gwido li ma kienx iħobb lil martu. Però anke mhux f’relazzjonijiet, forsi mhux dejjem napprezzaw lil xulxin bħala bnedmin. 

T. L-imħabba tieħu diversi forom. Sfortunatament hawn min iħallat l-imħabba mas-sess. Is-sess hu parti mill-imħabba imma mhux l-imħabba nnifisha. Kull individwu, kemm jekk ikun f’relazzjoni jew le, irid jaħdem kontinwament biex jibni l-imħabba u jkompli jsaħħaha, kultant b’sagrifiċċji kbar. Gwido kien iħobb lilu innifsu aktar minn kollox. 

6. Għandna lil Samwel jiftakar f’ommu. It-tifkira x’relevanza għandha? 

T. Samwel qatt ma seta’ jifhem għala ommu kienet tittrattah b’dak il-mod. Għalih, ommu kienet qiegħda ftit ftit tkissirlu ħajtu, ċaħditu mil-libertà li kellu kull dritt għaliha u tellfitu li jibni relazzjoni ma’ mara li kien ħabb fi tfulitu. Mistoqsija iebsa u tidher bla tweġiba. Imma, il-karti fil-kaxxa tal-landa tawh it-tweġiba? Fl-aħħar tar-rumanz ix-xewqat tiegħu  donnhom se jsiru realtà. Imma  nistaqsi lill-qarrej: Taħseb li dak li ġara fl-appartament fir-raba’ sular kien realtà jew kienet biss fantasija? 

7. Fil-kitba tiegħek insibu temi li l-qarrej jiskomodawh. Temi li huma riflessjoni tal-ħajja ta’ kuljum: l-għira, ir-regħba, is-solutudini, ir-rabja. Qed jiġini f’moħħi l-ktieb ta novelli “Rakkonti Griżi”. Naturalment ma jonqsux temi oħrajn bħall-imħabba li anke jistgħu jkunu marbuta wkoll magħhom. X’tikkummenta dwar dawn it-temi li joħorġu partikolarment min-novelli tiegħek li nsibu f’dan il-ktieb? 

T. Dawn huma temi li niltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum. Jekk ma niktbux dwarhom ma nkunux realistiċi. Dawn it-temi u oħrajn daħħalthom mhux biss f’”rakkontigriżi”, imma wkoll f’”Burraxki” u “Stejjer Veri li Qatt ma Ġraw.” Jien inħobb nikteb fuq l-esperjenzi kemm tiegħi u kemm ta’  ħaddieħor. Il-karattri li noħloq irridhom ikunu fattwali u mhux immaġinattivi. 

8. L-għajdut tan-nies idejqek?  Qed ngħid dan anke b’referenza għal ktieb tiegħek ta’ novelli li kien iġib l-isem “Mit-Toroq tar-Raħal”. Dawn in-novelli għalkemm huma fittizji huma xprunati minn ġrajjiet li wieħed jisma’ fl-irħula tagħna. Forsi rrid ngħid ukoll li f’dan il-ktieb “Mit-Toroq tar-Raħal” donnok ridt tiċċelebra wkoll il-ħajja ta’ kuljum, ta’ Malti, il-ħajja ta’ nies komuni li qajla nisimgħu dwarhom fuq l-aħbarijiet jew li ser jimmarkaw l-istorja tagħna.  Imma hawn għandna wkoll l-istorja soċjo-kulturali tagħna wara kollox. 

T. “Mit-Toroq tar-Raħal” huwa edizzjoni ġdida u riveduta, tal-ktieb “Minn Tarf sa Tarf tat-Triq” li kien l-ewwel wieħed minn tliet kotba bi stejjer ibbażati fl-ambjent ta’ żmien tfuliti u xi karattri li bqajt niftakar. Naturalment hemm doża qawwija ta’ immaġinazzjoni imma fil-qiegħ kien hemm ix-xewqa li nerġa’ nagħti l-ħajja lil dawk il-karattri li fi tfuliti u żgħożiti kienu jtaffu xi ftit mill-monotonija tal-ħajja sterjotipizzata tar-raħal. Iż-żewġ kotba l-oħra, “Minn fuq l-għatba” u “Mill-Gallarija”  flimkien ma’ dan li semmejt, jiġbru sebgħin novella li jitfgħu dawl fuq il-ħajja soċjo-kulturali tas-snin ta’ wara l-gwerra. 

9. Meta naqra l-kitba tiegħek nistħajlek artist fuq tila u tpitter dak li tosserva.  Biżżejjed naraw it-titli ta’ ħafna kotba tiegħek.  “Fid-dar tal-kantuniera”, ngħidu aħna flimkien ma’ dawn li diġa semmejna.  Bħala awtur m’hemmx dubju li inti osservatur.  U d-dettal tinnutah ħafna wkoll.  Kemm dawn il-ġrajjiet u esperjenzi ta’ kuljum isawru dawn in-novelli u kitbiet fittizji? 

T. Kull artist juża mezzi differenti biex jesprimi  il-ħsus li hemm fih. Għalhekk irid josserva xi jkun għaddej madwaru u mbagħad jinterpretah skont il-kreattività tiegħu. Fil-fatt ħafna drabi, in-novelli, ir-rumanzi (u l-poeżiji wkoll) tiegħi m’humiex daqshekk fittizji imma aktar interpretazzjoni tar-realtajiet li kontinwament nosserva madwari b’attenzjoni għad-dettalji li għalija għandhom importanza kbira.

10. Inbidlu ftit is-suġġett.  Fost il-ħafna karattri li ser jibqgħu sinonimi tiegħek hemm Fra Mudest. Fil-fatt inti ktibt mal-110 rakkont ta’ Fra Mudest.  Inkredbbli.  F’idejja għandi l-50 sena ta’ Fra Mudest, li huma kollha stejjer ġodda.  Fra Mudest bniedem sempliċi, simpatiku, u f’dawn il-kotba nsibu bosta praspar ukoll.  Xtaqt ftit il-kumment tiegħek dwar dan il-karattru ħelu u anke s-suċċess ta’ dawn l-istejjer ukoll.  

T. Fra Mudest kien l-ewwel pubblikazzjoni tiegħi għat-tfal. Fil-fatt ħloqtu fl-1967 u sal-lum għadu maħbub u popolari. Huwa meqjus bħala ikona fil-letteratura għat-tfal. Ħa nikkwota silta minn ittra li ftit ilu kitibli il-Prof. Oliver Friggieri li tgħid kollox dwaru:

“inti wellidt karattru li llum sar famuż u emblematiku, u li nistħajlu, bħal Pinocchio, jimpika miegħek. Għandek tassew għalfejn  tkun hieni u kburi li rnexxielek tul dawn is-snin kollha twelled u tagħti lill-poplu Malti karattru li hu, daqskemm ma huwiex, tat-tfal. Persuna interġenerazzjonali li kiber/inti kabbartu ma` ġenerazzjonijiet `l hawn miċ-Children`s Own. Fil-persunaġġ tiegħek nara  Malti medju oriġinali, li jdaħħak u ma jifraħx dejjem, u li taħt l-inġenwita` tiegħu irnexxielek tinserixxi moħħ matur u qalb intensa. F`dan id-dawl fil-persunaġġ tiegħek hemm xi ħadd li hu u ma hux `modest`. Irnexxielek toħloq suċċessur modern ta` karattru klassiku, bħal Ġaħan, imma li hu wisq aktar kumpless u paraddossali minn Ġaħan.”

Imma għandi ktieb ieħor li bħal Fra Mudest għeleb il-prova taż-żmien. Qed nirreferi għal “Darbtejn insiru tfal” li ħareġ fl-1975 u għadu popolari kemm fl-iskejjel kif ukoll fuq l-ixkafef. Dawn l-istejjer fassalthom fuq żewġ karattri li kont naf sew – in-nanniet tal-mara tiegħi. Ħarġu erba’ edizzjonijiet tal-ktieb, kull darba nżidu l-istejjer li sal-lum huma dsatax-il waħda.

11. Xtaqt nistaqsik fuq żewġ kotba li min jaf kemm studjajt minn fuqhom u anke bħala għalliem bqajt inħeġġeġ lill-istudenti li jagħmlu użu minnhom: ”Kun af” u “Kemm taf.” Bħala għalliem, għaliex ħassejt li kellek tidħol f’dan il-qasam ukoll?

T. Bħala għalliem, dejjem ħassejt il-bżonn li jkollna aktar għodda biex ngħallmu l-ilsien Malti. U kien dan il-ħsieb li wassalni biex ktibt diversi kotba għat-tfal għal dan il-għan. 

Fl-2016, il-“Kun Af” reġa’ ħareġ taħt format għalkollox ġdid u edittjat. Ma’ dawn nixtieq insemmi l-ktieb “Il-kliem bħaċ-Ċirasa” (comprehensions) u l-kotba “Naqraw ma’ (“Reno u Sara,” “Marjo u Liza” u “Mark u Tanja”” – ippubblikati taħt format ġdid, disinji ġodda u tibdil fil-kontenut. Is-sena l-oħra bil-kollaborazzjoni tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, ħareġ il-ktieb tal-poeżiji għat-tfal “Kemm nixtieq li kelli l-ġwienaħ”. Għaxra mill-poeżiji ġew immużikati minn Sammy Galea u jinsabu fuq You tube.

12. Imma ma nistax ma nsemmix dawk il-kotba ta’ tfulitna u kemm memorji jġibulna. Qed nirreferi għal  “Avventura f’Għar il-kbir”,“Il-Misteru ta’ San Luċjan”,“Il-Misteru tal-Maqluba”. Dawn il-kotba l-istorja fittizja hija ambjentata f’xi post f’Malta li jeżisti tabilħaqq.  Dan huwa wieħed mill-modi kif teduka anke lit-tfal? 

T. L-avventura hija tema li dejjem kienet u tibqa’ favorita mat-tfal. U naħseb il-kbar ukoll. Għax wara kollox meta nsemmu t-thrillers ma jkollniex f’moħħna wkoll is-sens ta’ avventura? Ħajjitna wara kollox hija mimlija avventuri! It-tliet kotba li semmejt kienu popolari ħafna u għadhom għaddejjin fis-suq tal-kotba. Imma ippermettili nsemmi kotba oħra tal-fantasija fosthom “Ali Kali/Mammaroka” u “Pandolino/Galatea” li huma żewġ kotba f’wieħed. Oriġinarjament dawn kienu erba’ drammi (bil-kant) li jien ktibt għat-tfal tal-iskejjel u wara ddeċidejt li niktibhom f’narrattiva. Imma magħhom ma nistax nħalli barra l-ktieb “Il-Prinċep u t-Trogloditi.” Il-ġrajja ta’ fantasija mifruxa fuq 300 paġna, isseħħ f’dinja li jien stess ħloqt, b’pajjiżi, xmara, foresta u għoljiet. Takkompanja lill-qarrej, fil-ktieb hemm mappa li turi din id-dinja, xogħol ta’ ibni, Mark. Il-fantasija hija mħallta mar-realtà, b’karattri umani għall-aħħar. 

13. Charles inti wkoll poeta.  Forsi ninsew ftit minħabba l-ammont kbir ta’ rumanzi u novelli li tajtna kemm għat-tfal u kemm għall-adulti.  Imma naf ukoll li tikteb poeżija tajba.  Issib il-poeżija bħala mod ieħor kif inti tfisser ħsusek? 

T. Iva. Il-poeżija hija xi ħaġa differenti. Il-poeżija tiegħi hija konċiża, lirika u fuq kollox aċċessibli. Fiha wkoll il-mużikalità għax jien inħoss li din issebbaħ il-versi, li nistqarr miegħek ħafna drabi jiġu waħedhom, wara li nkun għaddejt minn xi esperjenza, sabiħa jew kerha, imma li tħalli impatt qawwi fuqi. 

14. Sfortunatament l-ispazju f’ġurnal huwa limitat Xtaqt insemmi fost oħrajn il-kotba taż-żgħażagħ bħal “L-ewwel darba li ħassejtek” li kien ukoll rebbieħ. Imma nitkellem miegħek lanqas il-gazzetta sħiħa ma sservina.  Ma nistax ma nistaqsikx imma tal-aħħar:  Xi pjanijiet għandek għall-futur? 

T. Bħalissa qiegħed naħdem fuq ktieb ta’ novelli ġodda u proġett ieħor ta’ traduzzjonijiet ta’ xi novelli tiegħi. Din is-sena nittama li nara ktieb ieħor ġdid għall-adolexxenti jieħu l-ħajja u bħal tarbija ġdida jkabbar il-familja ta’ kotba li bnejt f’dawn il-50 sena li għaddew.

Charles f’isem il-Paġna Letterarja tat-Torċa nirringrazjak ta’ dan il-ħin pero rrid ngħidlek ukoll Grazzi ta’ dawn il-kotba kollha li tajtna, li fiċ-ċokon trawwimna bihom, għexna magħhom, dħakna u bħala adulti nkomplu nsibu aktar kotba forsi ngħid jien riflessivi imma qari mexxej li jagħtik gost.  Grazzi mill-qalb. 

Anton Grasso

40 sena ta’ waħx u aktar 

L-ewwel ktieb ta’ Anton Grasso kien “Iljieli bla qamar” li ħareġ fl-1974, ktieb li għandi x-xorti għandi kopja tiegħu bil-kopertina tal-ewwel edizzjoni.   Dan il-ktieb tista’ tgħid bexxaq il-purtiera tal-misteru f’pajjiżna  Tant huma mfittxija l-kotba ta’ Grasso li erġajna rajna edizzjonijiet ġodda ta’ Iljieli bla qamar u Mejt fost oħrajn.  Ta’ min ngħidu li Mejt ħareġ aktar minn 30 sena ilu.  

Diffili tagħżel xi stil iħaddan Anton Grasso speċjalment f’karriera letterarja ta’ aktar minn erbgħin sena. Ta’ min wieħed jgħid ukoll li Grasso ma jiktibx biss kotba tal-biża’, u naturalment huwa wkoll kellu l-impjieg tiegħu fil-qasam tax-xandir.  F’xi xogħoljiet tiegħu joħorġu wkoll kif iħallat l-istili differenti; ngħidu aħna fin-novella In-Nota ninnutaw saħansitra l-komiku u l-parodiku li jżewwiġhom mal-makabru. 

Il-versitalita’ ta’ Grasso ma toħroġx biss mill-istili letterarji iżda anke ġeneri letterarji.  Fil-fatt f’dan il-ktieb insibu ġabra ta’ novelli p. 81-331 u ġabra ta’ poeżii p.345-398.  Imma Grasso matul il-karriera brillanti tiegħu offrielna dik ix-xi ħaġa iżjed: il-multimodalita’ u mezzi differenti kif iwasslilna l-esperjenza tal-waħx.   Fil-fatt fis-sebgħinijiet kien magħruf għas-serje televiżiva Stejjer tal-waħx għalkemm dawk li huma ta’ mpari aktar nifrakruh bis-sensiela televiżiva tad-disgħinijiet Enigma (ritratti p.409).  Il-kittieba u preżentatriċi tgħid: “…meta kont ninzerta lil Anton jaqra xi storja ‘tal-waħx’ u b’leħnu kważi melliesi jlissen dak l-orrur, kont nitkexkex u nitwaħħax” (p.63).  Grasso huwa ortatur tajjeb u leħnu jibqa’ jidwi f’moħħna.  Madankollu anke jekk hawn xi ħadd li qatt ma sema’ lil Anton Grasso, il-kitba tiegħu iħalli dan l-effett u fi kliem il-lekċerer u kartunista Dr Gorg Mallia, “Anton kien jaf joħloq pont mal-qarrej tiegħu, ideffsu fil-qalb tad-dlam u jgħoddsu f’emozzjonijiet bla kontroll.  

Interessanti wkoll kemm dan il-qasam tal-istramb, tal-makabru huwa mfittex u tant popolari u wieħed jistaqsi wkoll għaliex wieħed jibża’.  Għalhekk naħseb il-mistoqsija fundamentali ta’ min jipprova jbeżża’ hija x’inhuma dawk l-elementi li jsawru stejjer tal-waħx?  F’dan il-ħsieb qasir tiegħi ppruvajt nagħżel dawn l-elementi u nislet ftit eżempji anke minn dan il-ktieb li għandna quddiemna.  Huwa għalhekk ukoll li waqt li konxju tal-fatt li Anton Grasso ma kitibx biss stejjer tal-biża’, imma minħabba l-fatt li dan huwa l-aktar qasam marbut miegħu l-qafast tal-ħsieb tiegħi hawnhekk sawwartu ma’ dan il-fatt.   Ppruvajt kemm stajt ma ntellifx il-gost tal-qari billi nirrakonta l-istorja iżda ma stajtx irrażżan lili nnifsi milli nikkwota b’mod dirett minn dan il-ktieb għax ma nistax ninterpreta fi kliemi bl-istess mod, u l-istess effett li jħalli fuqna daqs kif iwassalha l-awtur innifsu.  

L-atmosfera biex wieħed jibża’ 

Grasso jinqeda bil-ħakma tajba li għandu tal-ilsien Malti u jagħtina diversi deskrizzjonijiet li minnhom infushom diġa jwaħħxuk.  U l-qofol tal-istorja jkun għadu ma ntlaħaqx.  Jinqeda eżempju bil-lejl.

“Imbagħad jidħol il-lejl.  Kien jitkaxkar fuqi bħal liżar bla ma jkenninni.  Fid-dlam il-kamra kienet tieħu dehra tal-biża” (p.252).  

Esperjenzi mhux tas-soltu jew intriċċi li wieħed ma jistax jispjega.   Hemm il-biżgħat normali u l-mistoqsijiet fundamentali tal-ħajja.  Il-mewt ngħidu aħna.  “Il-mewt m’għandhiex tbiddel is-sistema tal-ħajja” (p.281) naturalment hawn qiegħda f’kuntest tat-tweġiba nisranija għall-mewt, għaliex “il-mewt kerha”.    Barra l-biża’ mill-mewt hemm il-biża’ mid-dnub (p.151), mid-dipressjoni (p.157, 246), biża’ mit-tbatija,  anke jekk dawn huma sekondar         ji. Joħloq atmosfera permezz tal-ksieħ, xita, u dlam (p.84).   

Ma jistax jonqos li f’xi novelli nsibu element ta’ makabru (eżempju p.246).  Minħabba ċerta deskrizzjonijiet grafiċi nippreferi li ma ninkludihomx f’din il-paġna.   Għandna wkoll id-dehra grafika u disturbanti ta’ Kristu wiċċu mimli demm nieżel l-għolja (p.149).  

Fin-novelli nsibu antiċipazzjoni għall-biża’.  Joħloq stennija, esklamazzjonijiet, espressjonijiet.  Xi kultant din l-antiċipazzjoni tkun aktar fit-tul sabiex jaħsdek fit-tmiem(eżempju Is-seba’ vittma).  F’dan il-każ l-istorja tieħu x-xorta ta’ thriller. 

Fi Grasso naraw il-katavru jinżel fil-qabar għax “post katavru mhux ħlief il-qabar” (p.281).  

Stramb u surreali 

Fost l-ingredjenti li ninnota hemm dak li hu stramb u surreali. .  Niltaqgħu ma’ tfajla eżempju li tara tfajla oħra tixbaħha qisha qed tara rifless tagħha (p.86).  Dawn id-deskrizzjonijiet żgħar anke jekk ma jkunux kruċjali ikomplu jdaħħluna fl-atmosfera li semmejt qabel.  

Fi Trinu l-iswed naraw l-istatwa li f’moħħ it-tifel qed ikellmu u r-realtà kiefra titħallat mas-surreali.  Iżda wara kollox din kienet statwa tal-ġibs li meta nħasad spiċċat frak mal-art.  

Naraw ukoll il-kuntrasti:  il-waħx u l-komiku,  realtà u fantasija, il-ħajja u d-dramm, ix-xewqat u l-beżgħat.  

Dak li ma tkunx qed tistenna 

Il-mod kif ipoġġi s-sentenza Anton Grasso u kif jibni u joħloq argument, idaħħlek f’sitwazzjoni li ma tkunx qed tistenna.  Id-dar sabiex nies imdejqa jmutu hienja hija d-dar fejn tieħu  gost tmut.   “Jekk tieqaf taħseb ftit, tinsa l-ikel, ix-xorb u d-divertiment li ssib hawn ġew tinduna li taħt din il-maskra ta’ hena artifiċjali hemm il-mewt” (p.77).  

Mill-banda l-oħra fl-aħħar storja li għandna, “Ir-Raġel ta’ Novembru” għandna żagħżugħ li 

ommu qatlet lil missieru.  Din ġabet rabja fih tant li jispiċċa joqtol it-tfajliet.  Anke l-affarijiet sempliċi ta’ kuljum iqanqlu fina ċerta biża’: “Il-lejl kien jidħol fuqi bħal barrani mhux magħruf bla mixtieq u mistenni” (p.252)  

Iżda mhux dejjem il-lejl ikun li jbeżża.  Xi kultant anke d-dawl u d-dehra ta’ xi ħadd bla mistenni. 

“F’daqqa waħda ħasset paniku li ma setgħetx trażżnu.  Qalbha qisha waqfet waqt li baqgħet tmexxi jdejha ‘l fuq u ‘l isfel.  B’rogħda ma ġisimha kollu, idejha waqfu madwar ħadida spunata ‘l barra  Is-salott iddawwal f’daqqa”  (p.238). 

Anton Grasso:  Il-profondita’ tal-bniedem

Waqt li ma jnaqqsu xejn mill-immaġinazzjoni u l-istħajjil forsi bla ma jrid fil-poeżiji naraw aktar l-umanita’ ta’ Grasso.  Fil-poeżiji joħroġ aktar il-fatt li wara l-makabru, wara l-iswed hemm is-sabiħ u l-pożittiv.  Naturalment meta wieħed janalizza b’ċerta reqqa n-novelli wieħed jista’ jislet l-imħabba li għandu l-awtur għall-umanita’.  Fil-poeżija iżda toħroġ il-ħlewwa wkoll anke fil-kelma.  U dan minkejja l-fatt li l-poeżija mhux nieqsa mill-elementi li jsawru lil Grasso u li huma attribwiti għalih, jiġifieri dak li hu oskur u l-misteru.  

Il-fidi tal-poeta fil-ħallieq narawha f’Talba (p.367) li fil-fehma tiegħi l-aktar li fiha juri sengħa poetika u għażla tajba tal-metafora:

“Mulej, 
hekk kif jitbexxaq l-għabex 
mal-ewwel titwiba tad-dellijiet
jilagħbu minn wara l-purtiera 
iħabbru l-wasla ta’ jum ġdid” 

Xogħol rappreżentattiv u konklużjonijiet

Bla dubju ta’ xejn dawk li għandhom numru ta’ kotba ta’ Grasso fil-librerija personali tagħhom ser iżidu dan il-ktieb sabiħ dwar dan l-awtur.  Dawk li m’għandhomx kotba ta’ Grasso għallinqas għandu jkollhom dan il-ktieb.  L-istejjer u l-poeżiji ta’ Anton Grasso huma magħżula minn Joe Cassar.

L-ewwel parti tal-ktieb tikkonsisti fi ħsibijiet dwar Anton Grasso minn Doris Azzopardi, Charles Briffa, Norbert Ellul-Vincenti, Charles Flores, Ġorg Mallia, Marica Mizzi, Ġorġ Peresso, Mariella Pisani Bencini, Patrick Sammut u Carmel Scicluna.  Wara għażla tajba ta’ novelli u poeżiji minn Joe Cassar, il-ktieb jispiċa b’għażla ta’ ritratti minn Annette Apap, it-tfajla  li qattgħet (jew ħliet) aktar min-nofs ħajjitha miegħu,  uħud minnhom ippubblikati għall-ewwel darba.   

Anton Grasso 40 sena ta’ waħx … u aktar huwa ktieb ta’ 425 paġna u b’qoxra iebsa.  Il-pubblikaturi ta’ dan il-ktieb evidentament għarfu l-importanza ta’ dan l-awtur li ppublika 52 ktieb.  Il-qarrej ser isib f’idejh ktieb li jixraq, ktieb li tieħu pjaċir iżżomm u naturalment titpaxxa bil-kitba ta’ Anton Grasso.