Hekk xtaqtek Mulej, kif ridt jien
Kemm xtaqtek Mulej kont saħħar.
L-ġebla riesqa lejja ddawwar.
Dal-ġnien li tlaqt tlabtek tħares
Kull frotta milli titnawwar
U xebbaħtek max-xemx sħuna.
Dejjem kaħlana s-smewwiet.
Emmint l’ għamilt il-mirakli
U fl-aħħar qomt mill-imwiet.
Hawnhekk staqsejt lili nnifsi
għax noffri ħajjti għalik?
Qisu r-riħ mhux ser jitqawwa
għaliex jien ma nemminx fik.
Ma sibtx ħajt ma’ xiex inserraħ.
Tfajt ħarsti fuq kurċifiss.
Għidt int bħali tant batejt.
Lil dil-qalb ħassejtek tmiss.
Mindu gdimt dik it-tuffieħa
s’iss’ għadni qatt ma tgħallimt:
L-kobor tiegħek u dgħjufiti,
x-xewqat tiegħi biss emmint.
“Ħobbu lill-għedewwa tagħkom”
Għalija wkoll Mulej bħal kotra,
l-maħfra hija kelma diffiċli.
Imma kif għidtilna Int Mulej,
x’jiswa għan-nisrani li jħobb lil min iħobbu?
Anke l-midinbin jagħmlu dan.
Għalfejn ngħid li ma rridx naħfer Mulej,
la rrid ngħix fil-paċi?
la rrid min jaħfer lili?
la inti diġa ħfritli
m-nuqqasijiet kollha li nagħmel matul il-jum?
Għalfejn ngħid li ma rridx naħfer
la rrid nidħol fis-saltna tiegħek?