’Tini waqt wieħed biss
sabiex flimkien nerġgħu niġru
qalb twapet ħadranija
w l-irtuba tal-ħamrija
qabel ma d-dmugħ minn għajnejk
dardar l-ilma safi
u kliemi iebes
stona mal-għana ħelu tal-għasafar
u s-skiet tal-madwar.
’Tini waqt wieħed biss
sabiex nerġgħu niġġerrew fuq ix-xtajta
titbewwes ħlejju mal-baħar
waqtiet kalmi u waqtiet aktar qawwija.
U nerġgħu infittxu
l-passi fuq ir-ramel
qatt imħassra.
Versi 2013/1; Honourable mention in National Poetry Competition 2008