Fi spazju bla lqugħ

Kemm se ndum
inkanta maħnuq
f’dan it-teatru tal-ironiji,
waqtiet
nitmexxa bl-ispag
u oħrajn nitbandal
fi spazju bla lqugħ?

Kemm se ndum
ngħum qalb baħar imqalleb
u nimxi nilheġ taħt xemx tisreġ?

Kemm se ndum
f’dan is-skiet li jtarrax?

Leħen il-Malti: Rivista tal-Għaqda tal-Malti – Universita’, 37/37, 2018, p.7
Yandrick Agius jaqra l-poeżija “Fi Spazju bla lqugħ” Ritratt ⓒ Għaqda tal-Malti

⟵ Lura