Progress

Ma rridx inpinġi
mil-linji ’l ġewwa.
Irrid nagħti l-kulur
u ngħid l-istejjer
ta’ meta qbiżt il-linja
u ntbaħna li ma kienx żball
meta għarafna li d-dinja ddur,
fis-skiet kiefer li bqajna fih,
bit-togħma qarsa tal-ħall ma’ fommi.

Minn Fomm il-Kittieb, 2017

⟵ Lura