Jekk rajtni bħal ġejjieni
li l-oroskopju ma bassarx.
Jekk toqol is-skiet għadu ma xebbakx.
Jekk tibqa’ taħseb li se ssib
iċ-ċokon fl-oċean.
Jekk għalik
jien metafora tqila,
poeżija diffiċli…
Ibqa’ isma’ l-istess nota
taċ-ċafċif tal-ilma żejt f’jum sajfi.
Ibqa’ qalleb ritratti tal-imgħoddi
u qatt tfarfar ir-it-trab
mid-djarju li flimkien konna niktbu.
Ibqa’ ħażżeż l-istess kulur
l-istess ċirku
idur…
idur…
idur…
Raddiena ta’ Lwien, 2015; Versi 2013/3