Miet xiħ qalu.
Jewwilla ilu li nixef
l-għaraq minn fuq ġbinu
u d-dmugħ minn ma’ ħaddejh?
Jewwilla t-tikmix fond
ma jirrakontax xi storja
ta’ ħalel tal-qamħ madwar il-qiegħa,
u t-tbissima
meta jasal id-dris?
Miet xiħ qalu.
Xorta kien ser imut,
qalu.