L-art li ma nixtieqx nara

(Wara l-qtil brutali tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia)

Ħlomt
b’ħaddiema hienja jgħannu għalenija
fuq twapet ta’ ward aħmar
u l-irtuba tal-ħamrija
li saret tagħhom ilkoll
iħarsu lejn xemx sħuna fuq kulħadd indaqs.

Qomt
bi splużjoni li ħasdet pajjiż
u nara
Torri tal-avorju
u l-aħmar tad-demm
fuq il-konkrit.

Din hi l-art li ma nixtieqx nara.

Noħlom
li mix-xquq fil-konkrit għad jikber il-ward.

Il-Pont, Lulju 2020

Genova Poesia

Il-Pont, Diċembru 2020

⟵ Lura