Kemm nixtieq
li ngħum f’nofs ta’ baħar
u mal-mewġ nitbandal ħlejju
Kemm nixtieq
li nħoss żiffa ħelwa
sħana ħanina ta’ Mejju
Kemm nixtieq
immur f’għalqa ’l bogħod
fuq l-irtuba tal-ħamrija.
Kemm nixtieq
li nisma’ biss skiet
’il bogħod mill-għawġ u l-kefrija.
’Il bogħod mill-kliem iebes aktar mill-blat.
Dawk kollha li qalbhom bil-mibegħda mimlija.
Dal-mezzi soċjali li kissru l-imħuħ.
Dal-vrus qawwija li rvinaw dil-poeżija.
Il-Pont, Settembru 2016; Il-Folju Grupp Letterarju Malti, Awwissu 2016