Issa li beda
jofrogħ il-baħar,
nistgħu nimxu fuq ix-xtajta,
fejn sellimna lil xulxin mill-bogħod,
minn kull naħa ta’ dan l-ilma li firdina.
Minn din l-għomma li għejjietna,
għal żiffa ħelwa
li ċaqalqet ħlejju l-weraq
li kien għoddu nixef.
U issa l-qamar beda jitbissmilna.
Din il-poeżija tidier fil-ktieb Tgħanniq ieħor. Parti mid-dħul minn din l-antoloġija qed tmur b’risq il-ħidma ta’ SOAR, fergħa fi ħdan il-Fondazzjoni St Jeanne Antide, li taħdem ma’ nisa u tfal li għelbu l-vjolenza domestika.
Tgħanniq ieħor Poeżiji mill-Iżolament – Horizons
L-imxija tal-COVID-19 ġabet realtà ġdida li ħadd qatt m’għex, jekk mhux l-aktar imġarrba fost il-ġenerazzjonijiet tagħna. Id-distanzi fiżiċi ta’ bejnietna kibru. Il-jiem qatt m’għaddew aktar bil-mod. U bosta bibien ingħalqu għal tliet xhur u fuqhom – xi wħud saħansitra ngħalqu darba għal dejjem. Fl-…