Hekk il-ħajja… metamorfosi

Kemm jiddardar il-baħar
meta jaħbat mal-qiegħa,
ftit riħ u xejn ma jibqa’ għal li kien.
Kemm jissaħħab l-ajru f’riħ ta’ siegħa
u t-temp ikrah nibdew narawh sabiħ.

Hekk il-ħajja metamorfosi:
Friegħi tas-siġra jinbidlu f’arbli tad-dawl
Ħamrija ratba tinbidel f’art iebsa stanga
Graffiti mħażżin fuq il-ħitan
imbagħad tibjida friska
u xorta narawhom sbieħ.
Proposti miktuba fir-ramel
jogħla l-ħalel u jiġi lixx bħal irħam
daqslikieku qatt ma kien.
Tiċrit tal-ħluq li jinbidlu f’tixmir tal-imnieħer.

Hekk il-ħajja

metamorfosi

Il-Pont, Marzu 2016; Muża Karkariża (Facebook), 12 ta’ Lulju 2021

⟵ Lura