Hekk ġrat l-aħbar

Bil-għatx imxejna lejn miraġġ fil-bogħod:

  1. Nittamaw li tissaffa l-ħamrija.
  2. Iħammġu jdejhom biż-żejt.
  3. Jgħattu t-traċċi.
  4. Il-borża ta’ Ġuda tgħaddi minn id għall-oħra. 
  5. Jieklu fil-pranzi u jqassmu l-loqom. 
  6. Jaħtfu s-siġra tal-ħajja, 
  7. tagħna lkoll li mxejna lejn Art Imwiegħda. 
  8. Tagħna l-ġnien tal-Għeden. 

U wara, hekk ġrat l-aħbar:

  1. 8.  Tagħna l-ġnien tal-Għeden, 
  2. 7.  tagħna lkoll li mxejna lejn Art Imwiegħda. 
  3. 6.  Jaħtfu s-siġra tal-ħajja. 
  4. 5.  Jieklu fil-pranzi u jqassmu l-loqom. 
  5. 4.  Il-borża ta’ Ġuda tgħaddi minn id għall-oħra. 
  6. 3.  Jgħattu t-traċċi. 
  7. 2.  Iħammġu jdejhom biż-żejt bid-demm
  8. Id-demm saqqa l-blat. 
  9. 1.  Nittamaw li tissaffa l-ħamrija. 

U aħna 

mtarrxa bis-suffarelli. 

Għajnejna mgħammxin 

naraw

blu                              aħmar      

Illustrazzjoni tal-Professor Gorg Malli, fit-tieni anniversario tal-assassinju tas-Sa Daphne Caruana Galizia. Miġjuba hawn bil-permess tal-pittur, li huwa wkoll akkademiku, riċerkatur, awtur u attivist soċjali

⟵ Lura