Frustrat

F’nofs ta’ għalqa,
waħdi,
naħdem l-art bagħli.
Tixxarrab bil-qtar nieżel bilmod
tad-dmugħ tiegħi,
u madwari mumji.
U tidwi f’moħħi
id-daħka sarkastika.

Sħaba kbira sewda madwari,
u jien niġri fil-maltemp.
Matul il-lejl
infittex il-kenn,
jew nittama li jinbidel l-istaġun;
ir-riħ jittaffa.

Versi, 2008/2

⟵ Lura