Forsi kien ikun aħjar…

Naf li kien ikun aħjar,
kieku dal-ġebel baqa’ ħieles mill-ħżuż,
kieku dax-xewk ma kibirx fil-mogħdija niexfa.

Imma żgur li aħjar
minn injam bla valur miżbugħ bin-nogħra,
konkrit lixx jgħatti x-xagħri. 

Forsi jkun aħjar ukoll 
kieku din l-għomma qatt ma kienet. 

⟵ Lura