Bil-grokk f’idi
nixtieq noffri ieħor lil kulħadd.
Mhux biss lil ta’ ġewwa.
Mhux biss lil tal-qalba.
Hawn min jixrob magħna għax bilfors.
Hawn bosta rabtiet għall-konvenjenza.
Dil-mużika stramba
qalb l-għajjat tal-folla,
u nota familjari stunata
li tweġġagħni.
Naħseb ma ndumx ma nbiddel id-diska.
Il-grokk li jmiss
għal ħabib fil-bogħod;
ħabib ta’ veru.