Kwadri

Deskrizzjoni dwar it-tattika antika kif tieħu l-karta minn id xi ħadd, tħalliha fuq ħoġor
it-tieqa biex ittir mar-riħ biex wara takkuża l-persuna li tilfitha.

L-ewwel Kwadru (1)
Nipprova nbassar it-temp
f’kamra magħluqa bla bibien u twieqi.
Imma għallinqas qaluli
li għada se jkun hemm grigalata
x’ħin se noħroġ minn dik il-kamra.

It-tieni kwadru (2)
Se nibdew il-podcast.
Kien mingħalija jaħdem il-microphone,
sakemm bdejt nitkellem.

It-tielet kwadru (3)
Mill-akwarju bejn il-ħġieġ stajt ngħum tajjeb, qaluli.
Ikolli ħjiel tal-oċean li hemm warajh.