Ħsibijiet spiritwali għal żgħażagħ u adoloxxenti
Jien ukoll Mulej,
bħan-nies ta’ Kana,
nħossni mdejqa,
mhux għax spiċċa l-inbid,
imma għax għandi l-vojt fija.
Idħol f’ħajti Mulej,
bħal ma dħalt fit-tieġ ta’ Kana
u agħmel dil-bidla fija.
Kattar fija wkoll Mulej,
bħal ma kattart l-inbid,
il-ferħ u l-imħabba
li Inti biss taf tagħti.