Huwa diffiċli li fil-qosor titkellem fuq Papa daqstant kbir li l-istorja sejħitlu “L-Papa l-Kbir” u l-folla dak in-nhar li ħalla din id-dinja għall-ħajja aħjar sejħitlu “Qaddis”. Fil-fatt, Ġwanni Pawlu II nistgħu nħarsu lejh bħala:· Papa li kiteb u għallem ħafna· Papa pellegrin u żar ħafna pajjiżi · Papa riformatur u għamel ħafna riformi · Papa Qaddis Minħabba il-kobor ta’ dan il-Papa, li tant ħadem f’din l-għalqa tal-Mulej f’perjodu relattivament twil ta’ 26 sena, huwa diffiċli li f’din it-taħdita inħarsu lejn dawn l-aspetti kollha u għalhekk ser naraw ftit it-tagħlim tiegħu partikolarment f’xi enċikliċi kbar minn tiegħu. L-interess tiegħi fl-istudju dwar il-Papa u t-tagħlim tiegħu ilu fil-fatt mis-sena 2000, meta Ġwanni Pawlu II kien għadu l-Kap tal-Knisja Kattolika, għaliex kif nafu kien Ġwanni Pawlu II li daħħal lill-Knisja fit-tielet millennju tal-fidi L-istudju tiegħi kien dwar ir-”Rwol tal-mara fil-Maġisteru ta’ Papa Ġwanni Pawlu II” għall-lawrja ta’ Baċellerat fl-Arti, fit-Teoloġija u Studji Umani.Ġwanni Pawlu II, hekk kif se nsejħulu waqt din it-taħdita kien is-suċċessur ta’ Ġwanni Pawlu I (Albino Luciani). Fil-fatt, wara l-mewt ta’ Ġwanni Pawlu I, fil-lejl tat-28 ta’ Settembru 1978 wara biss 33 ġurnata, il-Kardinali reġgħu irritornaw lejn il-Vatikan sabiex jagħżlu l-Papa l-ġdid. It-taqtiegħa kienet bejn Ġuzeppe Siri u Giovanni Benelli. Ta’ min jgħd li Ġwanni Pawlu II mill-bidu tal-Papat tiegħu ta direzzjoni l-Knisja u ġibed ħabel wieħed bejn dawk li sa dak iż-żmien kienu entużjasti ħafna bir-riformi ta’ Vatikan II u bdew ħerġin b’ħafna ideat differenti b’intenzjoni tajba, u dawk imsejħa ‘tradizzjonalisti’ li bdew jibżgħu minn bosta riformi li bdew għaddejjin. Fl-ewwel diskors tiegħu, b’Taljan perfett qal hekk “Għadna mnikkta bil-mewt tal-maħbub tagħna l-Papa ġwanni Pawlu I, u għalhekk il-Kardinali sejħu Isqof ġdid ta’ Ruma. Sejħulu minn pajjiż ‘il bogħod, ‘il bogħod iżda qrib, minħabba l-għaqda tagħna fit-tradizzjonijiet tal-Knisja. Kont imbeżża’ li naċċetta din ir-responsabbiltà, iżda qed nagħmel dan fi spirtu ta’ ubbidjenza lejn il-Mulej u b’fiduċja sħiħa f’Marija, Ommna l-iktar qaddisa.” Imbagħad issokta, “Ma nafx jekk nistax nesprimi lili nnifsi fil-lingwa tagħkom – le, fil-lingwa tagħna, it-Taljan. Jekk nagħmel l-iżbalji, tridu tikkoreġuni.” L-umlita’ tiegħu mal-ewwel missett qalb il-miljuni preżenti u dawk li kienu qed isegwuh. Fatt kurjuż: Woytila kien sar Isqof fl-1958 fl-istess sena li Ġwanni XXIII kien sar Papa. Dan ifisser li 20 sena wara sar is-suċċessur tal-istess Ġwanni XXII. Kien l-ewwel Papa mhux taljan wara 400 sena. Nerġgħu għan-numru 58: Sar Papa ta’ 58 sena. Kien magħruf bħala bniedem sportiv, tant li kien jiġri u jżomm ruħu attiv ħafna. Woytila twieled fl-1920 f’villaġġ żgħir qrib Karakova fil-Polonja. Il-ħajja tiegħu ma kienetx waħda mingħajr ħotob. Ommu mietet fl-1929 meta kien għad kellu biss 8 snin. Waqt li kien qed jistudja fl-Universita’ fil-Polonja kien hemm l-invazjoni tal-Ġermanja Nazista. Aktar tard imbagħad nafu li l-Polonja għaddiet taħt il-ħakma Komunista. Dan l-isfond huwa importanti biex jgħinna nifhmu aktar il-viżjoni u l-ħsieb ta’ Woytila, u kif iħares partikolarment lejn id-dinjita’ tal-bniedem. Din il-viżjoni narawha ddokumentata fl-14 -il enċikilka, kif ukoll f’numru kbir ta’ eżortazzjonijiet appostoliċi, ittri apostoliċi, u ittri oħra, kif ukoll f’omeliji. Mill-ewwel enċiklika tiegħu Redemptor Hominis u l-aħħar waħda tiegħu Ecclesia de Eucharistia iċ-ċentru jibqa’ Sidna Ġesu’ Kristu, il-qofol ta’ ħajjitna. Fl-enċiklika Sollicitudo Rei Socialisli ħarġet fl-20 sena anniversarju mill-enċiklika ta’ Pawlu VI Populorum Progressio; dwar it-tagħlim soċjali tal-knisja jgħidilna li dan it-tagħlim: “Min-naħa hu tagħlim kostanti, ma jinbidilx, għaliex hu mibni fuq prinċipji fundamentali, fuq “prinċipji tar-raġuni”, fuq “kriterji ta’ ġudizzju”, fuq “direttivi ta’ mġiba fl-egħmil”([1]) u fuq kollox fuq rabta vitali mal-Evanġelju tal-Mulej; min-naħa l-oħra it-tagħlim soċjali tal-Knisja hu dejjem ġdid għaliex irid jadatta ruħu bilfors u kif jaqbel, mal-ħajja tal-bniedem fid-dinja li kontinwament tinbidel, u mal-ġrajjiet li jseħħu tul il-medda taż-żmien, għax din hi l-ħajja tal-bniedem u tas-soċjetà fid-dinja.”Is-sejħa missjunarja tal-Knisja kienet għal Ġwanni Pawlu fundamentali. Diġa fl-ewwel enċiklika Redemptoris Hominis ta l-ewwel ħjiel ta’ dan. F’Dives in Misericordia dan il-ħsieb dwar is-sejħa missjunarja huwa aktar immersiv u jibni propju fuq l-ewwel enċiklika tiegħu u d-dokumenti ta’ Vatikan II partikolarment Gaudium et spes. Ġwanni Pawlu jisħaq f’din l-enċiklika: “ Aktar ma l-Knisja, fil-missjoni tagħha, tieħu ħsieb il-bniedem aktar ma tkun, biex ngħidu hekk, antropoċentrika – aktar jeħtieġ titwettaq u tkun fil-fatt teoċentrika, jiġifieri, tkun kollha kemm hi mehdija fil-Missier bi Kristu” Id-dinjita’ tal-bniedem hija mhurija mill-aktar qawwi meta jitkellem fuq il-ħaddiema: F’ Laborem Exercens, li kienet it-tielet enċiklika tiegħu fid-90 sena anniversarju tar-Rerum Novarum ta’ Papa Ljun XIII jafferma dak li qal il-Papa Ljun XII dwar id-dinjita’ tal-ħaddiema, fosthom id-dritt li jissieħbu fi Trejd Union. Fl-istess waqt Ġwanni Pawlu jikkritika l-komuniżmu. F’Cenesimus Annus, li kiteb fil-mitt sena anniversarju tal-istess Rerum Novarum, Ġwanni Pawlu jsostni aktar bil-qawwi id-dinjita’ tal-ħaddiema partikolarment fid-dawl ta’ ħafna pajjiżi fosthom il-Polonja pajjiżu li kienu għadhom wara l-purtiera tal-ħadid. It-tagħlim ta’ Ġwanni Pawlu dwar ix-xogħol huwa ċar: Fis-soċjeta’ ix-xogħol qiegħed hemm għall-bniedem. Ma rridux soċjeta’ sabiħa meta l-bniedemin imdejqin. Il-Knisja ddefendiet il-propjeta privata, mhux biex tiddefendi s-sinjuri, imma għax ma tistax tkun bniedem indipendenti jekk tiddependi għal kollox mill-istat. Fejn jidħol morali Ġwanni Pawlu iddefenda bis-sħiħ it-tagħlim tal-Knisja kif ġie mgħoddi lilna minn Sidna Ġesu’ Kristu. Dan sfortunatament ġie interpretat ħażin mill-media u diversi kummentaturi, li Ġwanni Pawlu kien ‘progressiv’ fejn jidħlu issues soċjali waqt li kien ‘konservattiv’ fejn jidħlu issues morali. Din l-interpretazzjoni hija waħda żbaljata, għaliex il-qafas fi-tagħlim kollu ta’ Ġwanni Pawlu, kemm morali kif ukoll soċjali kien wieħed: Id-dinjita’ tal-bniedem li huwa xbieha t’Alla. Huwa propju għalhekk li jiddefendi bis-sħiħ il-ħajja f’waħda mill-enċikliċi magħrufa tiegħu Evangelium Vitae – l-Evanġelu tal-Ħajja. Bħal ma għamel f’diversi diskorsi tiegħu Ġwanni Pawlu jikkundanna bl-aħrax l-abort, u jsostni li l-ħajja tibda sa mill-koncepiment. Għaldaqstant jikkritika wkoll mezzi oħra ta’ kontroll ta’ twelid fosthom il-kontraċettivi. Waqt li Evangelium Vitae kienet indirizzata lill-kullħadd fosthom il-lajċi, b’lingwaġġ li wieħed jista jaqrah mingħajr ħafna tbatija, Ġwanni Pawlu II ried jindirizza din il-gwida morali wkoll lill-mexxejja tal-Knisja Kattolika permez ta’ żewġ enċikliċi li fil-fehma tiegħi juru l-għerf u l-ħila ta’ Ġwanni Pawlu II sabiex bl-aktar mod filosofiku profond janalizza il-verita’ assoluta fl-isfond ta’ bosta filosofiji oħra fosthom dawk ta’ relattiviżmu. Dawn huma Fides et Ratio u Veritatis et Splendor. F’ta’ l-ewwel naraw partikularment ir-rabta bejn il-Fidi u r-raġuni u kif dawn it-tnejn jistgħu jaħdmu flimkien. F’Veritatis Splendor, fl-1993, isostni il-verita’ permanenti u oġġettiva tal-Liġi Naturali. L-interess tiegħi fit-tagħlim ta’ Ġwanni Pawlu II dwar il-mara kien minħabba l-fatt li mill-media sekulari l-Knisja kienet qed tiġi ppreżentata bħala istituzzjoni patrijarkali li ma kinetx qed timxi mal-progress. Ġwanni Pawlu għaraf dan tajjeb u bl-għerf tiegħu issiġilla darba għal dejjem l-affermazzjoni tat-tagħlim tal-Knisja, partikolarmnet dak riċenti li r-raġel u l-mara huma maħluqin it-tnejn xbieha t’Alla b’mod ugwali. Dan isostnieh ferm qawwi fl-Ittra Apostolika Mulieries dignitatem ippublikata f’Awwisu 1998, fejn iħares lejn Marija bħala l-Mara li permezz tagħha setgħet isseħħ l-istorja tas-salvazzjoni. F’Jum il-Paċi fl-ewwel ta’ Jannar 1995 il-Papa jgħid li d-diskriminazzjoni bejn subien u bniet jiddeksriviha bħala “problema serja” u mhux tollerabli. Id-diskirminazzjoni matul it-tfulija, jgħid il-Papa, jkollha konsegwenzi matul il-ħajja li jżommu l-mara billi tieħu sehem sħiħ fil-ħajja u fis-soċjeta. F’udjenza fl-1996 saħaq fuq li d-diskiriminazzjoni abbażi ta’ sesss għandha tieqaf darba għal dejjem. Fl-ittra lin-nisa ppreżentata fil-Konferenza ta’ bejing fl-1995, jgħid “Grazzi lilkom nisa li taħdmu. Intom preżenti u attivi f’kull settur tal-ħajja – kemm dak soċjali, ekonomiku kulturali, artistiku u politku.” F’udejnza oħra fl-1995 tista’ tgħid ukoll li għaraf is-sehem li kellu l-moviment feminista u l-kontribut tiegħu fl-iżvilupp tal-Mara u l-Knisja, speċjalment fiż-żmien riċenti. Dan fil-waqt li għal diversi drabi Ġwanni Pawlu dejjem sotna l-importanza tal-mara bħala omm u l-mara li tiddedika ħajjitha għal familja tagħha. L-akbar influwenza fuqu kienet bla dubju ta’ xejn ommu kif jgħid f’intervista fil-ktieb “Crossing the thresholds of hope”Dawn l-udjenzi, omeliji u diskorsi oħra kienu jintlaqtu ferm min-nies għaliex Ġwanni Pawlu kellu ħafna kariżma sabiex iwassal il-messaġġ tiegħu. Ta’ min ngħidu wkoll imma, speċjalment f’serata letterarja, li Woytila kiteb ukoll bosta kitbiet oħra qabel sar isqof ta’ Ruma. Fost oħrajn ta’ min insemmu “il-Ħanut tal-Arġentier” li jitratta dwar is-sbuħija taż-żwieġ. “Il-ġejjieni jiddependi mill-imħabba”. Huwa diffiċli li f’taħdita daqshekk żgħira nitratta kull aspett mill-ħajja ta’ dan il-Papa kbir. Imma lkoll nafu kemm l-ispiritwalita’ kienet xi ħaġa evidenti, tant li waħidha biss iġagħlek tirrifletti kemm verament Alla jista’ jagħmel differenza f’ħajjitna. Biex nagħlaq għalhekk tajjeb li niftakru ftit fid-diskors magħruf fl-ewwel quddiesa tiegħu bħala Papa, u nilqgħu din l-istedina li jagħmlilna: “Ħuti, tibżgħux tilqgħu lil Kristu u taċċettaw is-setgħa tiegħu. Għinu lill-Papa u lil dawk kollha li jixtiequ jaqdu lil Kristu u bis-setgħa tiegħu jaqdu lill-persuna umana u lill-umanità kollha. La tibżgħux. Iftħu beraħ il-bibien għal Kristu, għas-setgħa tiegħu li tifdi. Iftħu l-ħitan tal-Istati, tas-sistemi ekonomiċi u politiċi, tal-oqsma vasti tal-kultura, taċ-ċiviltà u tal-iżvilupp. La tibżgħux. Kristu jaf ‘x’hemm fil-bniedem’. Hu waħdu jaf”.
([1]) Istruzzjoni tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-fidi, Libertatis Conscientia tat-22 ta’ Marzu 1986; ittra appostolika Octogesima Adveniens tal-14 ta’ Mejju 1971, 4
The topic of my Bachelor of Arts in Theology and Human Studies was “The Role of Women in the Magisterium of John Paul II”
Thesis Abstract / Summary:
Most of the many books that have touched upon the subject of the role of women in the Catholic Church present a somewhat negative view of the Church. This is more so especially when women’s issues are involved. The Church is generally presented as a retrogrative patriarchal institution with a male dominated hierarchy and theology.
Being a practising Catholic, and additionally very much interested in gender issues for a very long time, such views intrigue me. I became ever more curious to delve into the subject in order to unravel the perplexities such literature presented to my mind and to my religious sensibilities.
It seemed natural, alas, to concentrate on the teachings of Pope John Paul II. As Supreme Pontiff of the Catholic Church I consider him to be representative of the official magisterium. I must say that reading through his encyclicals, apostolic letters, homilies, exhortations, and other speeches was most illuminating.
As can be gathered from what I have said so far the aim of this dissertation is not to document feminist theology in all of its implications. My main interest is to discern more fully John Paul’s understanding of gender issues and the role of women, and how this has affected the Church during these last twenty years or so.
Writings on gender equality tend to be hopelessly rhetorical unless they are situated in a specific space, such as the context of the family, motherhood, employment, politics, and the like. John Paul’s reflections are never severed from concrete and pragmatic situations in which women around the world find themselves.
Furthermore, though women should be always free from constructive ideas which relegate them to inferior or submissive positions, and though they must be ceaselessly open to new ideas, they must never be subjected to the dictates of trendy cultural developments and consumption fantasies. John Paul, addressing all women around the globe, fully acknowledges that most women cannot automatically accept cultural ideas that can be assimilated with ease by other women as the normal path. His view, while most respectful to particular differences, embraces the whole width and breadth of the role of women in the modern world.