L-aħħar demgħa minn għajnejja
fl-aħħar żifna li żfint miegħek.
Jum li qatt ma jtir minn moħħi.
Bħas-sigriet l’ għad inkun tiegħek.
Dak il-waqt l’għalih nixxennaq.
Dawk xufftejk jagħtuni s-sliem.
Kliemek ħelu poeżija.
Dik imħabbtek fi ftit kliem.
Llum mhux jien qed niżfen miegħek.
Qalbi f’niket imbikkija.
Mħabbti mfissra f’djarju moħbi
b’dak li qed inħoss ġo fija.

Il-ħajja tiegħi mhux kompluta.
Jekk ninsab waħdi,
rrid inħoss ħlejju l-idejn
ta’ xi ħadd li jagħti każi.
M’inix b’saħħti biżżejjed.
Jekk vojt minn ġewwa,
rrid inħoss dawk idejk
u nerġgħu nkunu ta’ xulxin.
Jekk hemm xi għelt nitlob maħfra.
Jew vers li jqarribni lejk.
Xi pont li jwassal sa qribek,
jressaq xoffti fuq xufftejk.
Nibqa’ ngħożżh’ għal dejjem f’qalbi
l-aħħar żifna li żfint miegħek.
Dawk idejk sħan qatt ma ninsa
u l-ħolma l’għad inkun tiegħek.