Mulej, agħmel li:
Jekk jitgerbeb il-mewġ
ma jiddardarx il-baħar.
Jekk idejja għodda tajba
ma ssaddatx.
Jekk fommi eku ta’ leħnek
kliemi ma jibdilx it-tifsira tiegħu.
Jekk qalbi tingħaqad kumpass
inħażżeż ċirku.
Jekk naħdem l-għalqa
ikolli l-frott.
Jekk tarani fil-għar
urini x-xemx.
Jekk tiċċarrat il-purtiera
erġa’ sejjaħli.
Il-Poeżija Maltija: It-tieni Volum, 2019