twarrabt fil-ġenb
għax xejjirt bandiera
li ħaddieħor ma qabilx magħha
“Sakemm tibqa’ tikteb f’dik il-gazzetta insina.”
“Jew huma jew aħna”
ma ridux jafu b’ismek
għax inzertajt inqbadt f’rewwixta
li ma kontx taf biha
“għandna kwistjoni u inti magħhom mela kontrina.”
staqsewk x’temmen flok min int
u meta żammejt sieket
ħallewk bħal dokument qadim
fuq xkaffa bit-trab.
“għalija ma teżistix”
tabilħaqq
xehir fis-skiet