Naħfer, imma…

Naħfer,
imma ma nistax ninsa
kemm terraqt fid-deżert
sabiex ersaqt bil-għatx lejn l-oasi.
Ma nistax ninsa
t-togħma morra fl-ikel
u r-riħa tinten fuq ħwejġi.

Mhux sakemm
nibqa’ nġorr it-tabella ma’ dari,
nibqa’ stordut bl-arja tossika li blajt fl-imgħoddi,
nibqa’ niekol mill-fdal li jaqa’ minn fuq il-mejda,
għadni nara t-trab tal-imgħoddi f’kull merżuq ta’ dawl.
Mhux sakemm
tfarrakt u għadni niġbor il-frak.

Tlumnix jekk kull poeżija li ktibtlek qattajt
u
dawn huma l-unika versi li niftakar.

(Il-Pont, Marzu 2019)

⟵ Lura