Wara ġimgħat t’ orakli mistura 
moħbija fi screen 
nidwu b’karba ta’ ħniena, 
issa 
għal xenqa ġewwiena 
torrijiet ta’ Babel fi qlubna.

Minn ħitan bejnietna li tkissru 
għal tkissir ta’ pontijiet; 
minn arja safja mit-tniġġiż 
għat-tosku li joħroġ minn ħalqna;

Minn ġwienaħ li jgħolluna `l fuq 
mill-mewġ tal-baħar
għal tiri lejn is-sema 
li jitfgħuna f’baħar fond. 

U issa, li kważi kważi
nistgħu nieħdu b’idejn xulxin
reġgħet feġġet 
tbissima mqanżħa fuq wiċċna.