Lil dawk li nqast

Jekk f’dat-tren ma stajtx nieqaf
jew fil-folla ma rajtekx.
Jekk b’pass mgħaġġel kont qed nimxi,
bqajt għaddej ma sejjaħtlekx.


Jekk ħallejtek waħdek miexi
bla ma nżilt jew tajtek kenn.
Af li qalbi mhux hekk xierfa
u ser tibqa’ bla ma tħenn. 

Il-Pont, Settembru 2021

⟵ Lura