Libertà

Din hi l-kitarra
li qatt ma stajt indoqq imqar għal ftit.
Ħa nisma’ minnha l-għana
jsserrep mis-swidija tal-qalb tal-bieraħ.

Din hi l-poeżija
b’metafora tqila
ta’ leħen solitarju
ħiereġ mid-dijaspora.

Dan hu t-telefown
li qatt ma stajt nuża
sabiex nisma’
vuċi libera.

Din hi l-arja friska
li qatt ma ħassejt
mill-kamra klawstrofobika
li fiha għext.

Il-Poeżija Maltija: It-tieni Volum, 2019; Kritika Prattika, 2015; Versi, 2013/1

⟵ Lura