Nemmen fid-difna tal-argużini.
Nemmen li għad tperper fuq kull dar
il-bandiera l-bajda.
Nemmen li ma tibqax teżisti differenza
bejn il-vleġġa jew salib
ħerġin minn ċirku,
bejn is-suwed u l-bojod,
bejn il-Koran, il-Bibbja u t-Torah.
Jien nemmen
li għandu jitfarfar it-trab
u nħarsu ’l quddiem.