Meta t-tifrigħ tal-baħar
biegħdu minn max-xatt
li kien ibewwes ħlejju,
nixfet il-plajja.
Kultant jiġri bħall-Iżraelin
li ma ridux iħallu l-art.
Aħjar int ukoll ġrejt wara l-baalin
u ħallejtni nterraq f’art in-nixfa.
Għedtli gideb
imma ma kontx niflaħ il-firda.
Ma stajtx naqra moħħok
linja wara linja.
Il-bibien magħluqin
ma jistgħux jinfetħu.
Midfunin il-mejtin u t-tamiet.
Versi, 2010,1