Ix-xemx minn wara l-għoljiet
tagħti bidu għal jum ġdid,
u miegħu jġib il-bnazzi
u miegħu jġib il-maltemp,
sa ma jgħaddi l-ħin
u l-jum jintemm.
Il-ħajja
bħal ruħ mitlufa
ġo foresta perikoluża.
Il-ħajja hi bħal fjura
li tidbiel u tmut.
Il-ħajja hi bħal pjanta
li tista’ tiġi mirfusa
u mqaċċta.
Il-ħajja hi
kummiedja li trid tintemm.
Il-ħajja hi arloġġ
li l-ħin kollu jgħidlek
li qed jgħaddi ż-żmien
u kollox jintemm.
L-Orizzont, 20 ta’ Marzu 2004