Hekk iridu

Hekk iridu
Hekk iridu. Jibnu l-ħajt.
Ilsna differenti. Jimxu ’l hemm,
U jien ’l hawn…
Nitla’ t-telgħa.

Qalb l-oqbra. Fir-riħ qawwi.
Jonfoħ lejn wiċċi.
Qlajt fuq wiċċi.
Idejja darba tarja. Issa xrafu.
Jippruvaw ineħħu.
Ġebla wara ġebla.
Tal-ħajt.
Li issa għattieli d-dawl.
U s-sħana ħanina tax-xemx.

Hekk iridu. Inħarsu lejn il-baħħ.

⟵ Lura