Hawn mhux fej’ is-suwed

Hawn żgur mhux fej’ is-suwed! 
Haw’ l-arja tarmi l-fwieħa.
Nxejru l-imkatar bojod
f’idejna nkallati.

Haw’ ħadd qatt ma qata’ t-tuffieħa
għax kos 
eva l-ġdida li ġiet bid-dgħajsa bla mixtieqa
hi waħda mis-suwed. 

Hawn mhux fej’ is-suwed. 
Hawn din l-art ħanina 
thejji twapet tal-ward 
għal min imniżżel fix-xirka tal-magħżulin
toffri spalla għall-ħabib tal-ħabib.

Hawn ixxomm il-balzmu. 
Mhux bħal fej’ is-suwed. 

Ritratt: talk.mt

⟵ Lura