Ilna ftit li
tbiegħda miċ-ċpar li konna tkeffinna bih
u l-imgħoddi li bqajna kkakmati fih.
Tbenninna bl-ilma
li żammna f’saħħitna
saħansitra fin-nixfa.
U mal-ewwel irxiex
hekk kif bdiet tinħass iż-żiffa,
nikkumplimentaw iż-żifna ħelwa tal-mewġ
li bandalna bi ħlewwa.
U kif ir-raġġ ħamrani
tax-xemx madwarna
infirex fuqna u wennisna
iż-żiffa tistedinna biex nitwu l-għomma tal-bieraħ
u niġġerrew ħielsa
għalenija.