F’għajnejk sbieħ, mimlija ħniena, mogħdrija,
jifhmu dak li jien għandi xi ngħid għalik.
Hemm qalb li nħossha trid tkellimni,
din il-poeżija jien xtaqt nagħtik..
Bħal fuq baħar kalm, f’ ġurnata sajfija,
qalbi u ħsiebi jitpaxxew fis-serħan.
Kliemek ma jibdilx it-tifsira tiegħu.
Għal ftit minuti ħdejk inħossni għatxan.
Twarrabnix għax qed nitolbok bi ħrara,
jew taħsibx li se ntelliflek is-sliem.
Flimkien biss nistgħu nibnu l-ħolma tagħna,
jekk id f’id inħarsu nimxu ‘l quddiem.
Versi 2004/1