Dwar din il-paġna

L-għan ta’ din il-Paġna huwa li sservi għal glorja t’Alla u tkun ta’ servizz billi tgħin fit-talb.  Għan ieħor huwa li twennes lil dawk kollha li jkunu għaddejjin minn mumenti diffiċli. 

Is-sezzjoni ta’ ħsibijiet spiritwali u poeżiji hija mqassma b’tali mod li tagħżel il-poeżija li tingħaraf mit-taħdit figurattiv minn riflessjonijiet oħrajn.  Fiż-żewġ ċirkostanzi iżda l-importanza hija f’dak li qed jippruvaw iwasslu. 

Ir-ritratti ttieħdu kollha b’camera ta’ mobajl minni stess.  Ir-ritratti huma parti integrali minn dan il-vjaġġ spiritwali. 
Ir-ritratt użat għas-santa li tqassmet f’numru ta’ lokalitajiet, bit-talba li għandha l-kunsens tal-Knisja (https://omarseguna.com/is-salib-tqil-ta-gesu/), huwa ta’ Lourdes Micallef.

Kemm l-artikli, il-poeżiji, kif ukoll ir-ritratti jistgħu jintużaw wara talba bil-miktub għal permess fuq  jew f’xi kuntatt ieħor tiegħi.  

Agħfas hawnhekk għal riżorsi miġubra

Copyright © omarseguna.com

The famous Nunta din Cana of Hans Eder in The Black Church, Brașov, Romania