Awtur: Simon Bartolo; Pubblikazzjoni: Merlin
Dan l-ktieb ilaqqgħana ma’ familja ħelwa imma ftit stramba wkoll; ta’ Mezzanina u żewġha Alfie u uliedha Nadia u Antonin. Aktar tard niltaqgħu ukoll ma’ Nerissa, Noe u Kristallina u anke man-nanna Katie.
Sa mill-bidu l-istorja hija mimlija misteri, eżempju, Nadia u Antonin bdew jilgħabu flimkien fil-ġnien u raw lil xi ħadd ġej. Bdew jiġru għax xammew riħa stramba. B’hekk l-awtur jibda jibni ċerta climax u jżomm l-attenzjoni tat-tfal (u anke tal-kbar bħal ma żamm lili wkoll).
It-tfal telgħu fit-tielet sular, fejn normalment ma kienux jitħallew jilgħabu hemm. Anke hawn naraw dak l-element ta’ suspans fit-tfal meta jagħmlu xi ħaġa b’dik in-naqra biża’ li jinqabdu. imma telgħu jistaħbew. Hemmhekk b’ħasda ltaqħu ma’ missierhom (Alfie). Issa tajjeb li tkunu tafu li dan missierhom ma kienx jinħasel, xi ħaġa li nsiru nafu għaliex aktar il quddiem.
Għaldaqstant huma kienu mbeżżgħin minħabba r-riħa tiegħu. L-omm innutat u qalet lil Alfie li ma setax jibqa sejjer hekk u kieċċietu. Wara ddeċidiet li tistieden lil ħutha, u qalet lil Nadia u Antonin li kienu ġejjin iz-zijiet. Marru l-ajruport biex iġibu lil Nerissa li kienet imdaħħla sew fiż-żmien. Din Nerissa ġabitilhom ftit ta’ seduzzzjoni kemm għaliex kienet vera twila u minħabba għajnejha u għalhekk ħasbuha saħħara. Matul it-triq huma baqgħu siekta għaliex beżgħu jitkellmu magħha. Nerissa ġa ma kienetx tħobb lit-tfal u xejn ma ħadet gost li bdew jitkellmu fuqha. Wara ftit taż-żmien saru jafu li l-insett li kellha fuq il-flokk ma kienx uniku u l-insetti kienu wkoll jissemmgħu u jgħidu lil Nerissa xi jkun qed jingħad.
Imma Mezzanina , kienet ġabu ukoll il-kumplament taz-zijiet l-oħra. Dawn iz-zijiet li kienu Franċiżi (Noe u Kristallina) bdew ikantaw diska Franċiża. Dak in-nhar ħabtu l-bieb u meta fetħet, Mezzanina sabet lin-nanna Katie. Nerissa bdiet tinżel it-taraġ u rat lin-nanna Katie u bdiet tiġġieled magħha għax qabdet u ġiet mingħajr ħadd ma stedinha. In-nanna Katie bdiet iddaħħal f’rasha li lil Alfie keċċietu biex iġġib lil ħutha.
It-tfal kienu jħobbuha lin-nanna Katie kemm għax ir-riħa tagħha ma kienetx iddejjaqhom u fuq kollox kienet in-nanna taħghom. Darba bdiet tagħmel soppa għat-tfal u Nerissa ġġieldet magħha. Nerissa wkoll għamlet ukoll soppa lit-tfal … imma għamlitha sewda. It-tfal ma ridux iduquha. Anke Kristallina ppruvat tagħmel l-aħjar kejk!
Wara li kellhom dawn l-argument bdew jitkellmu man-nanna Katie dwar Alfie. Katie qaltilhom li kien iħobb imur għorfa ta-ziju Wiġi. Xi ħaġa li kien iħObb jagħmel minn meta kien żgħir. Nadia u Antonin ġiethom l-idea li jmorru man-nanna jftixxu din l-għorfa. Marru f’jum tax-xita u sabu lil Alfie. Ommhom, sadanittant,kienet irrabjata li n-nanna Katie ħadithom fix-xita u saru għasra. Alfie biex għall-ġid tagħhom jitilqu. U hawn niskopru l-misteru. Alfie kien jaf sigriet li kien hemm f’din l-għorfa : L-imħalla!
L-imħalla, kienet twila tal-biża, u tgħix fil-bir. Bla dubju Alfie kien ukoll jibża minnh għax riedet toqtlu u l-familja tiegħu. Fix-xita setgħet toħroġ barra. Iżda… anke l-imħalla beżgħet mir-riħa ta’ Alfie u wara reġgħet lura fil-bir għax ma setgħetx tibqa’ barra għal tul ta’ ħin.
Lura d-dar, riedu jagħmlu l-itjeb kejk, xtraw l-ingredjenti u bdew jagħmlu l-kejkijiet. Kif marru biex jieklu l-kejk, id-dawl intefa, nksier il-ħġieġ u raw id minn ġot-tieqa. In-nanna ndunat x’kien qed jiġri. Kienet l-imħalla!
L-imħalla kienet taf sew fejn kienu jgħixu. Qabdet id in-nanna katie. Alfie gie biex isalvhom bir-riħa tiegħu, u rnexxielu. Ibagħad inħasel u spjega kollox x’kienet l-imħalla.
Iżda huma ma kinux jafu li l-imħalla marret lura fil-bir. Jum fost l-oħrajn waqt jum tax-xita reġgħet ħarġet l-imħalla u did-darba attakkat lil Nadia. U hawn ser inħalli lilkom biex issiru tafu l-konklużjoni.
L-ewwel ktieb fit-triloġija ġdida Ruxxmata Kreaturi
Il-Kreatura tal-Bir huwa pubblikat minn Merlin Publishers.
it-torca-2020-12-13_16-16