Suq għax dalam

Awtur: Joe Pace
Pubblikazzjoni: Merlin Publishers

Suq għax Dalam, rumanz ġdid ta’ Joe Pace, huwa bħal vjaġġ tal-ħajja ibbażat fuq sewqan mill-Ingilterra għal Malta, xewqa tal-protagonista David. Rumanz li jgħaqqad il-passjoni fl-imħabba u għal namur ieħor mar-realta’ li kollox jista’ jasal fit-tmiem; l-umoriżmu mar-realta’ kerha tal-mewt; il-passat mal-preżent u l-futur. Fuq kollox rumanz li jiddiskuti l-aktar temi filosofiċi tqal, imnebbha mil-eżistenzjaliżmu, b’mod verament mexxej, taħdit u l-ħajja ħelwa ta’ koppja li jagħmlu minn kollox għal xulxin minkejja l-battibekki li jkollhom bejniethom.
Fi ftit kliem xtaqt noħroġ numru ta’ punti i naħseb joħorġu minn dan ir-rumanz.
Qabel xejn naraw l-umanita’ tat-tabib (p.15). It-tabib bħala professjonist irid jibża’ jżomm professjonali ħafna u ma jurix emozzjonijiet. Imma dan jsirx mingħajr professjonalita’ u esperjenza’ u waqtiet xorta bi sforz. Kif ser iwieġeb għall-mistoqsija diretta minn pazjent jekk hux ser imut?
Tema oħra li toħroġ hija s-sens li wieħed jaħbi r-realta’ kiefra. Kif kien ser iwassal l-aħbar il-qraba? U fuq kollox kif kien ser jgaħbi r-realta’ kerha mill-maħbuba tiegħu? (p.22) Jiftakar meta kien għadu żgħir u nanntu remietlu d-diski kollha tal-Black Sabbath għax semgħetu jkanta “Die Young” (p.19). Mur għidilha! Imma issa kif kien ser jgħid lil Catherine? (p.20). Catherine kien mingħaliha li hu kien għal laqgħa ta’ xogħol, u ma kienet taf xejn dwar il-viżta f’Harley Street.
Li jwassal l-aħbar kerha għalih kien ukoll diffiċli, tant li xtaq jevita’. Jixtieq bħal jistaħba. Jivvinta xi safra? (p.27). Ix-xorb jidher li huwa wkoll ta’ aljenazzjoni fi żmien fejn bħal tħossok taqta’ qalbek: “Taħseb li se nikkoppa? Fadalli, at most, xahrejn ħajja: arrestfl-Italja huwa l-iċken problema għalija bħalissa.” (p.170).
L-idea ta’ vjaġġ hija kruċjali f’dan il-ktieb. Predominanti l-arloġġ (p.23). Hemm xebh enormi bejn il-vjaġġ tal-ħajja u s-sewqan minn Londra(p.34) għal Malta li wara kollox ma kienx jaf hux ser jasal fit-tmiem.
Il-konsolazzjoni tal-bniedem għat-tmiem huwa l-eternita’. Hemm dik ovvjament imnebbha mill-ħsieb reliġjuż ta’ ħajja oħra, fosthom dak nisrani-kattoliku. Imma hemm ukoll dak ispirat iktar mix-xjenza li l-materja la tista’ tinħoloq u lanqas tista tiġi meqruda. Dan il-ħsieb seta’ anke jibda jikkonvinċi lil martu: “Jekk xi ħaġa ma tmutx, ma jkunx jista’ jinbet ta’ warajha.” (p.88). Aktar tard naraw li kien għajjien tant li ma felaħx isuq (p.105) u naraw ukoll kif tah ħass ħażin (p.147)
Interessanti ħafna kif il-bniedem ibiddel –eżempju minn ikla għas-sewqan u l-prijoritajiet illi nagħtu. Catherine kienet qed tistennieh Marble Arch, għajjiena wara ġurnata shoppint tul Oxford Street. Ix-xewqa li jaqsam il-kontinenti (p.62 u 64) kienet saħansitra aktar importanti mil-logħba tal-liverpool. Fil-fatt, grazzi għall-martu li rnexxielhom jaraw il-logħba wkoll. Il-prijoritajiet jinbidlu skont iċ-ċirkostanzi li nkunu għaddejjin minnhom.
L-istil ta’ Pace huwa wieħed partikolari. Jiddeskrivi kollox minuta b’minuta; juża l-passat kontinwu u jirnexxielu jiddeskrivi saħansitra l-emozzjonijiet mingħajr wisq deskrizzjonijiet li soltu naraw f’numru ta’ rumanzi Maltin. Fil-fatt huwa mexxej ħafna, u qatt il-qarrej ma jsib diffikulta’ la f’terminoloġiji, la fin-numru ta’ lokalitajiet li jissemmew, u lanqas fl-użu tal-espessjoni u l-kelma li jħaddem l-awtur.
Waqtiet fakkarni fil-film La tigre e la neve ta’ Roberto Benigni fejn naraw l-Attilio de Giovanni jagħmel minn kollox għall-mara tiegħu u kif l-imħabba tissupera fuq kollox. Bi stil li tieħu gost taqrah hawn għandna r-relazzjoni soċjali ta’ din il-kopja f’ċirkostanza daqstant partikolari.

(Pagna Letterarja 22 ta’ Mejju 2017) — with Chris Gruppetta.

Leave a Comment